ONE STOP SHOP GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SER JIĠI INAWGURAT FIL-ĠIMGĦAT LI ĠEJJIN
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħabbar li ser ikun qed jinawgura One Stop Shop għaż-żgħażagħ fil-Belt Valletta. Diversi entitajiet tal-gvern, fosthom l-ETC, l-Awtorità tad-Djar u entitajiet oħrajn, ser ikunu qed joffru s-servizzi tagħhom liż-żgħażagħ taħt saqaf wieħed b’servizzi mmirati għaż-żgħażagħ. Dan il-One Stop Shop ser ikun immexxi minn Youth Information Officer u għal dan il-proġett ser tkun responsabbli l-Aġenzija Żgħazagħ.
Dr Buontempo kien qed jitkellem waqt it-tnedija tal-Youth Specialisation Studies Scheme flimkien mal-APS Bank. Din l-iskema nfetħet fit-30 ta’ April u se tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Ġunju. Din l-iskema toffri self issusidjat bir-rata ta’ 1.1% lil dawk l-istudenti bejn it-18-il sena u t-30 sena li jkunu jixtiequ jsegwu kors li fl-Università ta’ Malta ma jkunx offrut. Is-self taħt din l-iskema jitħallas fi żmien għaxar snin.
Waqt din il-konferenza stampa s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport ħabbar ukoll li ġimagħtejn oħra ser tiġi ppubblikata riċerka dwar iż-żgħażagħ u l-ħin liberu, li se tkun importanti fit-tfassil tal-politika l-ġdida dwar iż-żgħażagħ.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en