STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-Oppożizzjoni tirrifjuta li tieħu sehem f’Team ta’ Azzjoni bi-partisan għat-Tkabbir Ekonomiku
L-Oppożizzjoni rrifjutat li tieħu sehem f’Team ta’ Azzjoni bi-partisan għat-Tkabbir Ekonomiku tal-pajjiż.
Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni qed b’hekk jagħlaq il-bieb għall-opportunità tad-deheb li tinfetaħ paġna ġdida ta’ azzjoni lil hemm mill-partiġġjaniżmu f’pajjiżna, biex b’hekk nikkontribwixxu flimkien biex pajjiżna jimxi ’l quddiem fi triq ta’ tkabbir ekonomiku. Il-Gvern jiddispjaċih li l-Oppożizzjoni tidher li se tkompli miexja b’attitudni negattiva anki meta qed tingħata l-id tal-ħbiberija.
L-attitudni pożittiva ta’ dan il-Gvern li tinkludi lil kull min jista’ jikkontribwixxi għat-Tkabbir Ekonomiku tal-pajjiż hija l-istil ġdid, fuq il-linja ta’ demokraziji moderna, li biha trid timxi din l-amministrazzjoni.
Dan il-Gvern Ġdid qed jimxi b’mod li jinvolvi lill-oqsma kollha biex pajjiżna jimxi ’l quddiem f’oqsma kruċjali bħall-ekonomija, fejn ikollna inqas partiġġjaniżmu u iktar koperazzjoni għall-interess nazzjonali.
L-irwol kostituzzjonali tal-Oppożizzjoni jibqa’ ħaj u importanti fid-demokrazija tagħna. Madankollu, il-Partit Nazzjonalista mhux qed jagħraf is-sinjali taż-żminijiet li dan l-irwol qed jevolvi u li n-nies, anki permezz tal-messaġġ li bagħtu fid-9 ta’ Marzu, qed jistennew politika pożittiva.
B’hekk dan il-Gvern lest jaħdem ma’ kull min irid il-ġid tal-pajjiż u l-bibien tal-Prim Ministru u l-Gvern se jibqgħu miftuħin għall-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en