STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
pr0845
30/04/2013
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima b’dispjaċir jinnota li minkejja struzzjonijiet ċari li ngħataw bil-miktub lill-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ, biex ma jsir ebda ċaqlieq ta’ ħaddiema fi ħdan il-kumpanija minħabba li nbeda l-proċess għal Strategic Review indipendenti dwar l-operat tal-kumpanija, dawn l-istruzzjonijiet ma ġewx osservati.
Dan wara li fl-aħħar jiem sar ċaqlieq ta’ nies fi ħdan il-WasteServ, mingħajr lanqas biss ma ġew infurmati l-awtoritajiet kompetenti.
Il-Ministeru jtenni mill-ġdid li kullħadd huwa responsabbli ta’ għemilu mill-kbir saż-żgħir u se jeżiġi li l-istruzzjonijiet li ngħataw għandhom jibqgħu jiġu osservati.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en