DISKORS MILL-ONOR. GODFREY FARRUGIA, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM EWOPREW TAL-MELANOMA – FLORIANA – IT-TNEJN 29 TA’ APRIL 2013
Kull sena bħal llum, il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, id-Dipartiment tad-Dermatoloġija u l-Assoċjazzjoni tad-Dermatoloġija, jingħaqdu flimkien biex iwassalu messaġġ importanti fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Melanoma.
Madwar wieħed minn kull għaxar pazjenti li jżuru t-tabib tagħhom, jagħmlu hekk minħabba l-marda tal-ġilda.
Ħafna minn dan il-mard jitfejjaq, ftit ieħor itawwal u jispiċċa f’mard kroniku, filwaqt li rari ħafna, xi kundizzjonijiet oħra jispiċċaw f’imwiet.
Waħda minn dawn il-mardiet hija l-kanċer tal-melanoma, liema inċidenza tagħha żdied mhux ftit u dan minħabba l-qawwa tar-raġġi tax-xemx.
Huwa propju għalhekk li llum qed infakkru dan il-jum, biex inkomplu nżidu l-kuxjenza pubblika għall-mod kif b’miżuri sempliċi ... bħal dlik b’sunscreens, ilbies addattat jew li noħorgu ’l hinn mis-sigħat tal-qilla ta-xemx (bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar). B’hekk inkunu qed innaqqsu r-riskju.
Iżda dan mhux biżżejjed għaliex hemm ħtieġa li nedukaw ruħna biex fl-istess ħin ma nallarmawx lilna nfusna għalxejn.
Għandna nkunu edukati biex nagħrfu t-tbajja’ tal-melanoma minn tbajja’ oħra tal-ġilda. Tbajja’ tal-melanoma jistgħu jintgħarfu mill-bordura irregolari ... ġeneralment it-tebgħa tkun ta’ aktar minn sitt millimetri ... mill-kulur tat-tebgħa u wkoll min-nuqqas ta’ simetrija tat-tebgħa.
Għalhekk il-messaġġ tiegħi llum huwa wieħed sempliċi ... ejja nkunu konxji aktar ta’ dawn il-mezzi priventivi u nkunu aħna stess li nitgħallmu nħarsu saħħitna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en