JEĦTIEĠ LI NEVALWAW KONTINWAMENT IL-BIDLIET LI QED ISIRU BIL-GĦAN LI L-MARA TKUN IKTAR PARTEĊIPI FID-DINJA TAX-XOGĦOL
Waqt seminar organizzat mill-Fondazzjoni Reggie Miller bit-tema ‘Il-Mara fil-Politika: Realtajiet Ġodda’, l-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li jeħtieg li nevalwaw kontinwament il-bidliet li qed isiru fis-soċjetà, bil-għan li l-mara tkun iktar parteċipi fid-dinja tax-xogħol u l-politika.
Barra minn hekk, qalet l-Onorevoli Ministru, jeħtieġ li l-mara tiġi mgħejuna permezz ta’ numru ta’ miżuri favur il-familja, fosthom child-care centres b’xejn għal kulħadd, li l-Gvern bħalissa jinsab jaħdem fuqha.
Tkellmet ukoll dwar l-equal pay u l-bżonn li l-mara titħallas daqs ir-raġel.
Hawnhekk irreferiet għal statistika tal-World Economic Forum li wriet li f’sena, l-mara qed taqla’ medja ta’ tlett elef Ewro inqas mir-raġel għall-istess tip ta’ xogħol.
Xi ħaġa li tħalli impatt fuq il-pensjoni tan-nisa aktar tard f’ħajjithom u sussegwentament insibu aktar faqar fost in-nisa anzjani.
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tkellmet ukoll fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Bordijiet taħt id-dekasteru tagħha u li jinkludu mhux biss parteċipazzjoni ta’ nisa professjonisti iżda wkoll ta’ nisa b’esperjenza f’oqsma oħra.
Qalet li l-Gvern huwa determinat li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, bil-għan li eventwalment aktar nisa jkunu involuti fil-politika.
Temmet tinsisti dwar il-bżonn ta’ politika soċjali integrata ma’ dik ekonomika biex il-politika tkun waħda ħolistika, sostennibli u fit-tul.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en