Left arrow Go Back

IL-MINISTRU EVARIST BARTOLO JILTAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA MAL-MEMBRI L-ĠODDA TAL-BORD TAL-EŻAMIJIET LOKALI

pr0831
Date Icon 29/04/2013

Illum il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol l-Onor. Evarist Bartolo ltaqa’ għall-ewwel darba mal-Membri l-ġodda tal-Bord tal-Eżamijiet Lokali.

Il-Ministru Bartolo saħaq li dan il-Bord jimxi bi trasparenza w rettitudni assoluta partikolarment meta s-serjetà tiegħu ġiet kompromessa bl-allegazzjonijiet li saru fir-rigward tal-korrezzjoni tal-karti tal-eżami tal-gradi ta’ Uffiċjali Eżekuttivi u Skrivani fis-Servizz Pubbliku u l-eventwali  riżultati nfushom.

Il-Ministru saħaq li separatament mill-investigazzjoni tal-Pulizija li għadha għaddejja b’riżultat tal-allegazzjonijiet li saru, wieħed għandu jibqa’ viġilanti għal kull tentattiv simili li jitfa’ dell jew iqajjem suspett fuq proċessi ta’ din in-natura.

Barra min hekk il-Bord tal-Eżamijiet Lokali ser ikun involut fir-reviżjoni tal-ftehim li kien ġie ffirmat fis-6 ta’ Marzu li għadda li permezz tiegħu titwaqqaf l-Aġenzija tal-Eżamijiet, liema ftehim jixraq li jkun professjonali u ma jippermettix li jqumu kontroversji fl-amministrazzjoni tal-Aġenzija  nnifisha, partikolarment f’aspetti ta’ integrità, trasparenza u rettitudni.

Sadanittant, il-Ministru Bartolo laqa’ r-riżenja taċ-Chairman u l-Membri tal-Bord uxxenti.

Il-membri l-ġodda tal-Bord tal-Eżamijiet Lokali huma:

Chairperson :  Mr. Anthony DeGiovanni B.A. (Lond.) ,P.G.Dip. Educ. Plan. &  Mangt. IS & SS

Membri:         Ms. Renee Laiviera Dip.Ed (Melit.) Dip.Pol.Stud(Melit.)

                      Mr. Joseph A Xerri M.Ed

                      Mr. Albert Farrugia

Segretarja :     Ms. Rebecca Maria Gatt B.A.(Hons)(Melit.),M.A.(Keele)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow