L-ONOR. GODFREY FARRUGIA, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, JIFTAĦ HALF DAY SEMINAR GĦAL POST GRADUATE PSYCHIATRY TRAINEES –SAN ĠILJAN – IS-SIBT 27 TA’ APRIL 2013
L-għodwa t-tajba.
Nixtieq qabel xejn nirringrazzja lil Dr. John Mifsud u lilkom li stedintuni biex niftaħ dan il-half day seminar, li huwa parti mill-programm tagħkom ta’ speċjalizzazzjoni fil-psikjatrija.
Intom, l-ewwel tobba Maltin li qed tagħmlu l-istudju post-gradwat fil-psikjatrija, kompletament hawn Malta. Minn kif jiena infurmat, il-livell ta’ tħejjija huwa wieħed ta’ standard għoli u huwa l-uniku wieħed li jagħti daqshekk importanza lill-qasam tal-psikoterapija. Dan ta’ min jinkoraġġih.
Il-gvern huwa kommess li f’pajjiżna jkollna kura psikjatrika għolja. Din hija parti mill-wegħda elettorali tagħna.
Għalhekk bħalissa nbdiet ħidma siewja li se tiggwida l-implimentazzjoni tal-Mental Health Act, hekk kif hija stipulatata fil-liġi. Sal-ġurnata tal-lum, l-operat għadu hekk kif huwa stipulat fil-liġi tal-1976.
Din l-implimentazzjoni se tiġi introdotta b’mod kawtel, u anki meqjus, b’konsultazzjoni mal-istakeholders kollha, u se tħares mill-qiegħ id-dinjità tal-pazjent u l-kontabilità tas-servizz. Dan l-iżvilupp jitlob riżors uman u finazjarju. Bħalissa qed issir profiling tal-pazjent fl-Isptar Monte Carmeli u manpower plan tal-health care professionals kollha, biex b’hekk inkun f’pożizzjoni li nibdew nindirizzaw il-kura Ħolistika tal-psikjatrija fil-komunità u fl-isptar akut.
Hemm ħafna x’nistgħu nagħmlu flimkien bħala team wieħed ... bħala multidisciplinary team ta’ health care professionals.
Għodduni bħala wieħed fostkom. Intom se tkunu l-wild ta’ trasformazzjoni dinamika li minn Ottubru li ġej se ġġib prattiċi kliniċi ferm aħjar minn dawk tal-lum. Din hija dimensjoni ġdida li flimkien se nevolvu għal dik li aħna lkoll nixtiequ. Nemmen li flimkien u b’rieda tajba se naslu!
Dr. Mifsud infurmani li bħalissa hawn 12-il post-graduate trainee li qed jispeċjalizzaw. Fost dawn, 6 se jispiċċaw din is-sena stess. Lil dawn ngħidilhom li l-gvern japprezza l-ħidma u studju li għamiltu matul dawn il-ħames snin. Minn qalbi nawguralkom li tmorru tajjeb fl-eżamijiet tal-aħħar u li jkollkom karriera sabiħa u “fulfilling”.
Lit-trainees l-oħra, nawguralkom fit-taħriġ akkademiku tagħkom biex mhux biss issibu l-“fulfillment” professjonali, imma tgħożżu l-isbaħ rigal li qatt jista’ jkollkom f’ħajjitkom: is-sodisfazzjon li kull wieħed minnkom ikun il-ħabib tabib tal-pazjent.
Ħbieb, minn qalbi ... Grazzi!
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en