STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA.
Il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi jippremja lill-Iskejjel rebbieħa fil-Kampanja Catch the Drop
Il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-ilma, Konrad Mizzi ippremja lit-tliet skejjel rebbieħa minn erbatax li pparteċipaw f’kompetizzjoni ta’ tpingija marbuta mat-tema tal-konservazzjoni tal-ilma.
Din il-kompetizzjoni saret bħala parti mill-kampanja Catch The Drop; kampanja b’messaġġ edukattiv favur il-konservazzjoni tal-Ilma.
L-iskejjel rebbieħa li ngħataw premju huma l-Kulleġġ St. Thomas More tal-Primarja ta’ Ħal Tarxien, il-Kulleġġ St. Thomas More tal-Primarja ta’ Wied il-Għajn u Newark school.
F’diskors wara li ngħataw il-premjijiet, l-Onorevoli Mizzi qal li din il-kampanja twassal messaġġ edukattiv importanti lit-tfal li huma il-futur ta’ pajjizna.
Qal li l-ilma huwa riżors prezzjuz u li ghandna nibzgħu għalih u li t-tfal għandhom iwasslu dan il-messaġġ anke fid-djar tagħhom.
Huwa feraħ lill-iskejjel kollha li pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni u fl-attivitajiet marbuta ma’ din il-kampanja waqt li ħeġġeġ lit-tfal biex ikomplu mixjin f’din it-triq.
Bl-Għajnuna ta’ HSBC Malta, il-Kampanja mmirata biex tqajjem kuxjenza u teduka dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-Ilma, Catch the Drop, b’fondi mill-Water Programme tal-HSBC se tkun qed tissokta fit-tliet snin li gejjin minn Ottubru li gej.
Indirizzaw lil dawk preżenti wkoll Is-Sur Mark Watkinson, Chief Executive Officer ta’ HSBC Malta p.l.c u s-Sur Francis Sullivan Regional Head of Corporate Sustainability.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en