EŻEMPJU ĦAJ TAL-BIODIVERSITA’: STUDJU TA’ ĠIEĦ GĦAL PAJJIŻNA U TA’ ĠID GĦALL-KOMUNITA’ INTERNAZZJONALI
Meta dalgħodu ġie ppreżentat bil-ħames volum tal-BULLETIN TAS-SOĊJETA’ ENTOMOLOĠIKA TA’ MALTA minn Dr. David Mifsud President tal-istess soċjeta’, l-Ministru Leo Brincat qal li studju bħal dan huwa ta’ ġieħ għal pajjiżna u ta’ ġid għall-komunita’ internazzjonali.
Il-Ministru Brincat qal li mhiex ħaġa ta’ kuljum li jiġi ppreżentat bi ktieb msejjes fuq 26 studju xjentifiku, miġbura f’volum wieħed, li ser jiġi ċirkulat fost il-komunita’xjentifika internazzjonali.
Qal li s-Soċjeta’ Entomoloġika ta’ Malta, l-ESM ilha tagħmel xogħol fejjiedi sa mis-sena 1998 u jieħu gost jinnota li jssa ilha wkoll kważi erba’ snin reġistrata bħala organizazzjoni volontarja.
Leo Brincat semmgħa kif bħala awturi tlaqqgħu flimkien uħud mill-aqwa mħuħ minn pajjiżna, mill-Italja, mill-Ġermanja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Ingilterra u minn Spanja biex janalizzaw b’mod xjentifiku fost oħrajn, insetti li wieħed jista’ jsib fil-gżejjer Maltin.
Il-Ministru Brincat qal li fil-ħames volumi li ħarġet is-soċjeta’ irnexxilhom jiġbru flimkien il-kontribut ta’ xejn anqas minn 80 xjentist li eżaminaw aktar minn 1,400 insett li wieħed jista’ jsib fi gżiritna. Li ma kienx għal dan l-istudju riċerkat b’mod tant tajjeb ħafna lanqas kienu jsiru jafu bl-eżistenza ta’ terz minnhom.
Il-Ministru Leo Brincat qal li studji bħal dawn mhux biss għandhom jkunu ta’ unur għal min kitibhom iżda għandhom iservu bħala għodda kemm għal xjentisti oħrajn, kif ukoll għal studenti u persuni oħrajn interessat kemm f’pajjiżna kif ukoll lil hinn minn xtutna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en