STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Il-Gvern kommess li jinforza r-regoli tal-kaċċa
Il-Gvern huwa diżappuntat bl-atteġġjament u kritika inġusta tal-Birdlife, wara li l-Gvern uża s-servizzi tal-Armata sabiex ikompli jinforza r-regoli tal-kaċċa.
Din id-deċiżjoni turi li filwaqt li jippermetti l-kaċċa skont ir-regolamenti, il-Gvern mhux lest jittollera illegalitajiet.
L-użu ta’ numru ta’ suldati biex jgħassu il-konfini ta’ riżervi naturali ippermetta li Pulizija jkomplu b’ ħidma ta’ sorvelja f’ żoni oħra tal-pajjiż b’ mod li effettivament ttejjeb l-infurzar.
L-argument li użat il-Birdlife, li ż-żieda fin-numru ta’ persuni għassa tfisser li żdiedu l-illegalitajiet tmur totalment kontra l-argument li dejjem iġġib l-istess għaqda dwar il-bżonn li jkun hemm aktar persuni dedikati għall-infurzar. Wieħed jistaqsi x’ kienet tkun ir-reazzjoni tal-għaqda kieku l-Gvern naqqas l-ammont ta’ persuni jinfurzaw ir-regolamenti.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en