STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U TKABBIR EKONOMIKU
pr0773
24/04/2013
Maħtur il-bord tad-diretturi tal-MITA
L-Onor. Edward Zammit Lewis, Segretarju Parlamentari għall-kompetittività u tkabbir ekonomiku, ħatar il-bord il-ġdid tad-diretturi għall-Aġenzija Maltija tat-Teknoloġija tal-Informatika (MITA). Il-bord tad-diretturi se jkun magħmul mis-Sur Tony Sultana bħala Chairman Eżekuttiv, u s-Sur Joseph Agius, l-Inġinier Saviour Baldacchino, s-Sur Tony Borg u s-Sinjura Helen Borg Muscat bħala membri.
Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis awgura lill-membri l-ġodda għal din il-ħatra u qal li qed iħares ‘il quddiem biex jaħdem magħhom bil-għan li d-direzzjoni strateġika tal-MITA timxi id f’id mal-mira ewlenija ta’ pajjiżna li jiżviluppa ekonomija diġitali effettiva.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en