L-ONOR. ANTON REFALO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, IŻUR L-UFFIĊINI TAL-GOZO CHANNEL
Fid-dsatax ta’ April 2013 l-Onor. Anton Refalo għamel l-ewwel żjara uffiċjali bħala Ministru għal Għawdex fl-uffiċini tal-kumpanija Gozo Channel li topera s-servizz tal-vapuri bejn Malta u Ghawdex. L-imsemmija kumpanija llum il-ġurnata taqa’ taħt id-dikasteru tal-Ministeru għal Għawdex b’differenza għal amministrazzjonijiet preċedenti fejn l-istess kumpanija kienet taqa’ taħt id-dikasteru tal-Ministeru tat-Trasport u dak tal-Finanzi rispettivament.
Matul iż-żjara tiegħu l-Ministru għal Għawdex ħabbar il-bord il-ġdid tad-diretturi tal-Gozo Channel flimkien maċ-Chairman tal-istess kumpanija. Iċ-Chairman huwa Mr. Joe Cordina u l-bord tad-diretturi huwa kompost minn Dr. Christian Zammit Deputat Chairperson, Dr. Renata Formosa (Segretarja) Dr. Kevin Mompalao (Membru), Mr. Charles Muscat (Membru), Mr. Michael Attard (Membru), Ms. Josianne Cutajar (Membru), Mr. George Said (Membru), Mr. Victor Borg (Membru), Ms. Liliana Curmi (Membru).
Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo ra minn fejn isir l-operat ta’ din il-kumpanija u awgura l-ħidma t-tajba liċ-Chairman il-ġdid flimkien mad-diretturi kollha sabiex jibdew ħidma immedjata sabiex il-kumpanija terġa’ tibda tara titjib ekonomiku għall-kuntrarju ta’ kif operat ruħha fis-snin preċedenti.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en