IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO JATTENDI GĦALL-FTUĦ TAL-KAMPJONAT PREMIER 2013 TAL-BOĊĊI
Is-Segretarju Parlamentari Dr Stefan Buontempo, ħabbar li fi ftit żmien ieħor il-Kunsill Malti għall-Isport għandu l-ħsieb li jagħti bidu għal nursery għat-tfal li jkunu interessati jitgħallmu din il-logħba tradizzjonali tal-boċċi.
F’indirizz qasir li għamel lid-dilettanti ta’ din il-logħba, għall-ftuħ tal-kampjonat Premier 2013 li sar fil-Klabb tal-Boċċi l-Imsida, Dr Buontempo qal li din il-logħba hija parti mit-tradizzjoni ta’ Malta u għalhekk huwa importanti li din tiġġedded biex b’hekk ma tintilifx.
Din il-logħba tifforma parti minn kullana ta’ attrazzjonijiet kulturali li pajjiżna jista’ juża biex itejjeb u jsaħħaħ it-turiżmu kulturali lejn pajjiżna, qal Dr Buontempo.
Il-President tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi, is-Sur Giovanni Fabri, qal li huwa unur li għal dan il-ftuħ tal-kampjonat attenda s-Segretarju Parlamentari u jemmen li dan il-Gvern ser jgħin biex din il-logħba ma tintilifx.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en