Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JNIEDU L-ATTIVITÀ MELA DARBA FIL-KASTELL

pr0745
Date Icon 22/04/2013

Il-President u s-Sinjura Abela ħabbru d-dettalji dwar l-attività li se ssir f’Mejju fil-Palazz tal-Verdala Mela Darba Fil-Kastell. Din l-attività  hija mtella’ mill-Malta Community Chest Fund u se tkun maqsuma fuq jumejn li se jkunu ddedikati lejn it-tfal sabiex il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsiebhom ikunu jistgħu jqattgħu mumenti sbieħ f’atmosfera tal-ħolm.

Claire Agius Ordway spjegat kif il-Palazz tal-Verdala ser ikun imlibbes u mimli b’karattri li joħolmu dwarhom it tfal fosthom Cinderella, Goldilocks, Harry Potter , Rapunzel, Robin Hood u ħafna oħrajn. Il-Karattri se jkunu qed jilħqu etajiet differenti u kull karattru ser jagħti esperjenza differenti, bħal story telling, logħob, maġija  u ħafna iktar

Fil-ġonna ta’ madwar il-Palazz ser ikunu għaddejjin diversi attivitajiet oħra, bħal archery u obstacle races li se jkunu mmexxija minn karattri bħal ta Hercules u Robin Hood. 

Tema oħra se tkun ta’ Alice in Wonderland u it-Tea Party li se tkun qed torganizza u flimkien ma’ Superheroes l-iktar popolari mat-tfal se jagħtu tips lit-tfal kif  huma wkoll jistgħu jkunu superheroes.

Il-President George Abela spjega li ntgħażel il-weekend ta’ Jum l-Omm u din l-attività se tkun mifruxa fuq is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Mejju. Is-Sibt filgħaxija se jiġi organizzat Kunċert minn band immexxija mill-Maestro Sigmund Mifsud b’kantanti popolari li jkantaw diski popolari fost it-tfal foshtom Hannah Montana u One Directions fost oħrajn. Din se tkun esperjenza ghat-tfal li tant ikunu jixtiequ jattendu ghal dawn ix-xorta ta’ kuncerti.

Il-ġurnata tal-Ħadd se tkun iddominata mill-logħob, ikel u divertiment fejn it-tfal se jipparteċipaw f’dak kollu li jkun għaddej fil-Palazz.

“Għal dawk kollha li se jattendu, kif wieħed jidħol mill-grada tal-Kastell, għandu jħalli ħsibijietu kollha hemm u jidħol flimkien mat-tfal fid-dinja ta’ kulur u fantasija, kif proprju hija t-tema li ħalla l-Gran Mastru minquxa mad-daħla ta’ dan il-Palazz – Cedant Curae Loco¬¬ – il-ħsibijiet kollha jieqfu hawn” hekk temm jgħid il-President George Abela fil-waqt li rringrazzja lit-tfal u l-għalliema tagħhom li kienu preżenti għal din it-tnedija.

Mela Darba fil-Kastell, nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju bejn il-ħamsa ta’ wara nofsinhar u l-għaxra ta’ filgħaxija u l-Ħadd 12 ta’ Mejju bejn id-disa’ ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Wieħed li jixtieq jaqta’ l-biljetti minn qabel jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 21226226. L-adulti jħallsu 4 ewro u it-tfal 3 ewro. It-tfal mal-biljett tad-dħul se jingħataw muniti li jkunu jistgħu jagħżlu bihom liema attrazzjonijiet jixtiequ jattendu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow