KONSULTAZZJONI U PJAN SERJU SABIEX NINDIRIZZAW L-BŻONNIJIET TAL-PERSUNI NIEQSA MID-DAWL
Waqt żjara li għamlet lil Malta Society of the Blind, il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern se jkun qed jemmen fl-abilitajiet differenti tal-persuni b’diżabilita`.
Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern irid jagħti l-opportunita` li jiżviluppa l-abilitajiet tal-persuni b’diżabilita` kollha, fosthom il-persuni neqsin mid-dawl.
L-Onorevoli Coleiro Preca qalet li l-persuni nieqsa mid-dawl għandhom jiġu ikkonsultati u flimkien mal-Gvern ifasslu pjan serju li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom stess.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif b’dan il-mod il-persuni nieqsa mid-dawl ikunu aktar motivati sabiex jikkontribwixxu f’soċjeta’ li tagħithom lura l-wens u d-dinjita`.
L-Onorevoli Coleiro Preca qalet li pajjiżna jrid jindirizza bis-serjeta` s-sitwazzjonijiet diffiċli u l-problemi t’aċċessibilita` li jiffaċċjaw persuni neqsin mid-dawl. Il-Ministru qalet li dawn huma affarijiet bażiċi biex nagħmlu l-ħajja tal-persuni neqsin mid-dawl aktar faċli u indipendenti.
Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif dan il-Gvern huwa impenjat li jżid u jtejjeb ir-riżorsi allokati taħt is-servizzi tal-independent living.
Il-Ministru qalet li hemm pjan li flimkien ma’ fondi Ewropej, il-Gvern se jkun qed ikompli jiffinanzja proġetti ta’ independent living għaliex permezz ta’ dan nistgħu naslu għall-mira tal-Gvern, jiġifieri aktar persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Coleiro Preca tkellmet ukoll dwar il-bżonn ta’ l-immodernizzar tal-Adult Training Centre tal-persuni neqsin mid-dawl f’Santa Venera biex dawn il-persuni jkollhom ambjent li jixirqulhom.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en