Left arrow Go Back

ŻJARA F’LONDRA GĦALL-KONFERENZA ‘PUBLIC ADMINISTRATION IN VERY SMALL STATES’

pr0740
Date Icon 22/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Farrugia, se jkun qiegħed jattendi għall-konferenza bl-isem ta’ ‘Public Administration in Very Small States’ f’Londra.

L-Onorevoli Farrugia se jħalli Malta it-Tnejn, 22 ta’ April  wara nofsinhar.

Din il-konferenza hija organizzata mill-Commonwealth, u ser tkun qiegħda tiffoka fuq 35% tal-iżgħar pajjiżi li jagħmlu parti mill-Commonwealth, fosthom dsatax-il pajjiż madwar il-Karibew u l-Oċean Indjan, li bejniethom m’għandhomx popolazzjoni ta’ aktar minn 500,000 persuna.

Waqt il-konferenza, l-Onorevoli Farrugia mistenni jagħmel diskors dwar is-Simplifikazzjoni Amministrattiva.

L-għan ta’ din il-konferenza huwa li titfa’ aktar dawl fuq l-amministrazzjoni pubblika ta’ pajjizi żgħar bħal Malta, u fl-istess waqt sabiex l-istess pajjiżi jitgħallmu mingħand xulxin x’inhuma l-aħjar prattiċi biex tikber l-ekonomija u titgawda l-istabbiltà politika.

Is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ser ikun akkumpanjat mis-Sur Francis Galea, li huwa addett mal-uffiċċju tiegħu stess,  u  mill-kap taċ-ċivil is-Sur Mario Cutajar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow