IL-MINISTRU LEO BRINCAT JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT F’DUBLIN. FUQ NETT TAL-AĠENDA L-KWALITA` TAL-ARJA F’ZONI URBANI
pr0738
22/04/2013
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qed jattendi laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Ambjent li qed tittella` f’Dublin.
Fuq nett tal-aġenda ta’ din il-laqgħa hemm il-kwalita’ tal-arja f’zoni urbani.
Waqt din il-laqgħa mistenni jiġi diskuss ukoll l-istadju li waslu fih il-konsultazzjonijiet dwar in-negozjati internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima.
Tul il-jum tat-Tlieta, l-Ministru Leo Brincat flimkien mal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, se jattendu għal laqgħa dwar il-Viżjoni 2030 tal-Unjoni Ewropeja fuq it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija.
Laqgħa li preżenti għaliha se jkun hemm Ministri oħra Ewropej tal-Ambjent u tal-Enerġija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en