L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO JŻUR IS-SCIENCE EXPO F’DAR IL-MEDITERRAN IL-BELT VALLETTA
pr0727
19/04/2013
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onor. Stefan Buontempo, illum żar is-Science Expo li qed tiġi organizzata mill-NSTF f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Matul din iż-żjara huwa ġie milqugħ mis-Sur Francis Stivala, Segretarju Ġenerali tal-NSTF, li tah informazzjoni dwar din l-esebizzjoni.
L-Onor. Stefan Buontempo ltaqa’ mal-istudenti li qed jipparteċipaw u tkellem magħhom dwar il-proġetti interessanti li qed jagħmlu.
Is-Segretarju Parlamentari qal li pajjiżna jrid ikollu l-istrutturi meħtieġa biex nieħdu l-opportunità ħalli l-ideat jissarfu f’negozji li minnhom igawdi l-pajjiż permezz ta’ ħolqien ta’ aktar impjiegi.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en