IL-MINISTRU LEO BRINCAT IŻUR L-NSTF SCIENCE EXPO 2013
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat żar il-fiera tax-xjenza, l-NSTF Science Expo 2013 li ttellgħat f’Dar il-Mediterran.
Il-Ministru Brincat ġie milqugħ u mdawwar mill-organizzaturi f’sezzjonijiet differenti, fejn kienu esposti bosta xogħlijiet relatati max-xjenza ta’ studenti ta’ etajiet diversi.
Kienu l-istudenti stess li spjegaw lill-Ministru Leo Brincat il-kunċett xjentifiku wara x-xogħlijiet tagħhom. Fost ix-xogħlijiet esposti kien hemm uħud marbuta mal-ambjent u l-bijodiversità.
Il-Ministru Brincat wera interess kbir fix-xogħlijiet esposti waqt l-NSTF Science Expo 2013, anke bil-mod ta’ kif l-istudenti kienu involuti, b’riċerka li għamlu u bl-għarfien tagħhom dwar oqsma differenti li tkopri x-xjenza.
Filwaqt li rringrazzja lill-organizzaturi tal-NSTF Science Expo tax-xogħol li ħadu biex tellgħu din il-fiera, ħeġġiġhom biex fil-futur ikomplu għaddejjin b’inizjattivi bħal dawn, li jagħmlu tant tajjeb biex iħeġġu tfal sa minn età żgħira jkunu aktar qrib tax-xjenza, speċjalment fl-oqsma bħall-ambjent u enerġija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en