JINĦATAR IL-BORD TAD-DIRETTURI TAL-AIR MALTA
Il-Gvern ħatar lis-Sur Raymond Fenech bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Air Malta.
Is-Sur Raymond Fenech għandu snin ta’ esperjenza fil-qasam tat-tmexxija tal-ospitalità fil-Grupp Tumas. Fl-1999, huwa kien appuntat Direttur Eżekuttiv tad-diviżjoni tal-proprjetà fejn kien inkarigat bir-rijorganizzazzjoni ta’ din id-diviżjoni flimkien mat-tmexxija ta’ bosta proġetti kbar fil-qasam tal-proprjetà mmexxija mill-Grupp Tumas. Fil-preżent, is-Sur Ray Fenech jokkupa l-kariga ta’ Direttur tal-kumpaniji kollha fi ħdan il-grupp Tumas. Taħt l-amministrazzjoni preċedenti okkupa l-karigi ta’ Chairman tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-bord il-ġdid tal-Airmalta se jkun kompost min-nies ta’ esperjenza fin-negozju, turiżmu u avjazzjoni biex il-linja nazzjonali tal-ajru tissaħħaħ wara li għaddiet minn żminijiet diffiċli.
Il-bord il-ġdid sħiħ tal-Air Malta huwa magħmul minn:
Chairperson – Is-Sur Raymond Fenech
Membri – Is-Sur Joseph A Gasan
Is-Sur Norman Spiteri
Is-Sur Eric P. Fenech Pace
Is-Sja Karen Bugeja
Is-Sur Joseph Borg
Is-Sur Chris Grech
Is-Sur George Micallef
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en