STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
B’referenza għar-rapport li deher illum fil-ħarġa ta’ in-Nazzjon, paġna 5, intitolat – “Għal Għajn in-nies”, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jikkjarifika li r-ritratt li għoġobha tippubblika l-gazzetta, li fiha jidher il-Ministru Joe Mizzi jitkellem fuq il-mowbajl, proprju jikkonferma li dakinhar li t-traffiku kien iġġammjat iżjed mis-soltu, kawża ta’ inċident tat-traffiku li seħħ fl-inħawi ta’ Ħal Tarxien. Il-Ministru ħass il-ħtieġa li minn jeddu jmur fuq il-post biex jara jekk il-pjan dwar l-immaniġġjar tat-traffiku kienx qed jiffunzjona tajjeb.
Il-Ministru dejjem insista li għandu jkun hemm pjan ta’ kontinġenza li jiżgura li jkun hemm mill-inqas inkonvenjent.
Tajjeb wieħed ifakkar li dan il-proġett għamel madwar erba’ xhur wieqaf qabel ma x-xogħol tkompla wara l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet u l-Ministeru, flimkien ma’ Transport Malta qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jara li t-traffiku jiġi ddevjat lejn toroq alternattivi sakemm jitkompla x-xogħol fuq il-proġett.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en