“ĦTIEĠA LI L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ MIŻURI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA JSIR FIL-FAXXEX KOLLHA TAL-GVERN U FIL-MINISTERI KOLLHA KKONĊERNATI, ID F’ID MAL-POLITIKA AMBJENTALI U DIK TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Dalgħodu l-Ministru għall-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima Leo Brincat fetaħ u indirizza The Malta Legal Forum on Adaptation to Climate Change, li qed jiTtella’ fl-Universita` l-antika, l-Belt Valletta.
Il-Ministru Leo Brincat qal li għalkemm proposta oriġinali li kienet saret fl-imgħoddi biex jinbeda tfassil ta’ legiżlazzjoni dwar it-tibdil fil-klima ma kienetx intlaqgħet mill-Gvern preċedenti, b’mod pożittiv issa jrriżulta li kien nbeda x-xogħol bil-kwiet fuq legiżlazzjoni simili.
Qal li huwa tal-fehma li l-istakeholders ewlenin għandhom ikunu involuti sa minn stadju bikri. Saħaq ukoll dwar il-ħtiega li l-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar it-tibdil fil-klima jssir fil-faxxex kollha tal-Gvern u fil-Ministeri kollha kkonċernati, id f’id mal-politika ambjentali u dik tal-iżvilupp sostenibbli. Dan qal il-Ministru, għandu wkoll iseħħ fis-setturi ekonomiċi u soċjali, bħala parti mill-mixja lejn ekonomija ħadra.
Il-Ministru Leo Brincat qal li hawn bżonn ta’ aktar nies speċjalizzati fis-suġġett ħalli nkomplu nsaħħu r-riżorsi umani tajbin li għandna f’pajjiżna. Semma kif id-daqs u l-post tagħna jgħamluna vulnerabbli għat-tibdil fil-klima.
Huwa għalhekk li għandna bżonn li jnkunu proattivi fl-iżvilupp ta’ policy dwar it-tibdil fil-klima. Il-politika nazzjonali tagħna tirnexxi biss jekk taħdem f’mod koerenti u mhux f’mod frammentat b’ħafna duplikazzjoni ta’ xogħol, qal Leo Brincat. Saħaq dwar il-bżonn ta’ sinerġija bejn akkademici, prattikanti, regolaturi u esperti f’dan il-qasam.
Qal li huwa importanti li jkollna azzjoni dinamika fuq livell nazzjonali, ewropew u internazzjonali. Kompla billi qal li pajjiżna jaqbel mall-pakkett tal-Unjoni Ewropeja dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija.
Waqt dan il-forum il-Ministru Brincat ikkonferma lil Dr. Simone Borg bħala l-Ambaxxatriċi għat-Tibdil fil-Klima u lil Alan Pulis bħala konsulent tiegħu dwar t-tibdil fil-klima.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en