L-ONOREVOLI SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI, IS-SUR RODERICK GALDES, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-ISKEMA PRIVATA TA’ STANDARDS TA’ KUMMERĊJALIZZAZZJONI ‘ PRIVATE MARKETING STANDARDS SCHEME
Nhar il-Ġimgha 12 ta’ April, 2013, l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes, attenda għal-laqgħa ta’ informazzjoni dwar l-iskema Privata ta’ Standards ta’ Kummerċjalizzazzjoni ‘ Private Marketing Standards Scheme’ fuq it-tadam tal-ipproċessar.
Waqt din il-laqgħa, li attendew għaliha l-produtturi lokali tat-tadam, ġew diskussi diversi punti fosthom tagħrif amministrattiv dwar l-iskema Privata ta’ Standards ta’ Kummerċjalizzazzjoni ta’ tadam tal-ipproċessar.
Waqt din il-laqgħa, kull min kien preżenti ingħata l-ħin biex jistaqsi għal tagħrif kemm fuq din l-iskema kif ukoll fuq domandi oħra relatati mas-settur tal-ipproċessar tat-tadam.
L-għeluq ta’ din il-Laqgha sar mill-Onorevoli Seg. Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en