Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JAGĦMEL STUDJU KIF ITEJJEB IS-SITWAZZJONI TAL-VISAS – IL-MINISTRU GEORGE VELLA

pr0635
Date Icon 12/04/2013

Il-Gvern se jagħmel studju dwar kif tista’ titjieb is-sistema tal-ħruġ tal-visas għal Malta. F’laqgħa li kellu dalgħodu mal-GWU, il-Ministru tal-Affariiet Barranin George Vella qal li “l-ħruġ tal-visas hija problema li spikkat u għalhekk se nagħmlu studju dwar kif intejbu din is-sitwazzjoni”. Il-Ministru Vella qal li waqt li kull każ huwa uniku, bħala gvern irid jara kif itejjeb is-sitwazzjoni, speċjalment f’każi umanitarji.

Fil-laqgħa kienu diskussi bosta temi li l-GWU ħasset li kellha tqajjem mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, fosthom il-kwestjoni ta’ ħaddiema barranin f’Malta, l-aktar dawk li huma ħaddiema fil-prekarjat li ħafna minnhom ikunu daħlu Malta illegalment. Tony Zarb qal li l-GWU qed tipproponi li l-ETC jkollha unit speċjali dwar ħaddiema barranin ħalli dan il-qasam ikun ukoll regolat. Il-Union tħoss li kull min jaħdem hawn Malta għandu jikkontribwixxi lill-istat u barra minn hekk tkun indirizzata l-problema tal-prekarjat u d-drittijiet tal-ħaddiema.

Il-Ministru tal-Affarijiet barranin qal li l-gvern Malti se jagħmel pressjoni akbar fuq l-Unjoni Ewropea biex tattwa fil-fatt il-prinċipju tas-solidarjetà għaliex Malta ma’ tistax iġġor weħidha l-problema tal-immigrazzjoni illegali. “L-Istati Uniti qed jieħdu iktar refuġjati minn Malta milli jieħdu l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea” qal il-Ministru Vella u hu għalhekk li l-gvern irid jara kif iżid il-pressjoni fuq l-istati membri ħalli jgħinu f’din il-pjaga li m’hijiex biss problema ta’ Malta imma problema tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Il-GWU taqbel ħafna mal-istrategija tal-gvern il-ġdid fir-rigward ta’ kif l-Ambaxxati tagħna f’pajjiżi differenti għandhom jintużaw aħjar bħala vetrina ta’ pajjiżna ħalli jsir l-aħjar użu biex ikun attirat aktar investiment u xogħol lejn Malta. Il-Ministru George Vella saħaq li dan il-gvern se jiffoka  fuq economic diplomacy.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow