L-ATTIVITA` ECO- GOZO ULTRA TRAIL EVENT
Għal sena oħra giet organizzata l-attivita` li ġġib l-isem ta’ Eco-Gozo Ultra Trail event, liema attivita` ta’ natura sportiva giet organizzata bl-appoġġ tal-Ministeru għal Ghawdex u l-awtorita` Maltija tat-Turizmu. Din l-attivita` annwali ġibdet numru sabiħ ta’ Parteċipanti Internazzjonali fosthom mill- Italja, Renju Unit, Ċipru u il- Ġermanja.
L-attivita kienet tikkonsisti fi tlielaq imsejħa ‘Off Road’ madwar il- kosta Għawdxija, għalhekk il- partecipanti b’mod partikulari dawk Internazzjonali kellhom l-opportunita` li jiskopru is-sbuħija naturali li toffri il- Gzira Għawdxija.
F’ kelmtejn ta’ l-okkażjoni Il- Ministru għal Għawdex stqarr li attivitajiet simili jawguraw tajjeb kemm għas-settur Sportiv kif ukoll għal dak Turistiku Għawdxi u għalhekk il- Ministeru Għal Għawdex matul din il-leġislatura ser ikun kommess li jkompli jgħin attivitajiet simili. It-turiżmu sportiv huwa waħda minn-niċeċ ta’ turiżmu li ser inkunu qed nimpromwovu sabiex ikompli jinħolq ix-xogħol għal Għawdxin f’Għawdex u permess t’hekk inkunu qed nistimulaw l-ekonomija Għawdxija.
L-attivita` intemmet billi il- Ministru ghal Għawdex ippreżenta trofej lir-rebbieħa u parteċipanti ta’ din l-attivita`.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en