Left arrow Go Back

NATIONAL ENTERPRISE SUPPORT AWARDS

pr0630
Date Icon 11/04/2013

“Dan huwa Gvern li jirrikonoxxi l-kontribut kbir li qed jagħtu lill-ekonomija Maltija n-negozji u l-intrapriżi, irrispettivament mill-kobor jew in-natura tal-prodotti u s-servizzi li joffru.” Hekk sostna l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Dr. Chris Cardona meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali Dr. José Herrera nedew uffiċjalment il-konkors annwali National Enterprise Support Awards.

Il-Ministru Chris Cardona qal li dan il-Gvern jagħraf ir-rwol tiegħu bħala regolatur u faċilitatur li jagħti direzzjoni ekonomika ċara u se jmexxi b’politika li tagħti l-akbar spazju lis-settur privat u s-self employed biex ikunu l-mutur ewlieni tal-ekonomija, politika li tnaqqas il-burokrazija żejda, il-government induced costs.

Għalekk, qal il-Ministru Cardona, kien ta’ unur għalih li qed iniedi t-tielet edizzjoni ta’ dan il-konkors intiż biex jippromwovi l-intrapriża billi jħeġġeġ Kunsilli Lokali, entitajiet governattivi, u entitajiet oħra jieħdu inizjattivi li jsaħħu l-intrapriżi.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li kien qed jinnota l-ħafna attivitajiet li qed isiru mill-Kunsilli Lokali. Qal li l-Ministeru tiegħu kien se jkompli jgħin lill-Kunsilli Lokali biex iżidu l-ħidma tagħhom f’dan il-qasam favur is-settur kummerċjali.

Dr. José Herrera qal li l-viżjoni ta’ dan il-Gvern hi dik li l-Kunsilli Lokali jkunu fuq ix-xaqliba tal-familji u n-negozju. Qal li dak li qed isir issa fuq bażi individwali jeħtieġ li jkun elevat fuq livell ta’ policy biex jinfirex mal-bqija tal-lokalitajiet li għadhom ma fehmux l-importanza li jridu jaħdmu id f’id mal-intrapriża u s-settur kummerċjali.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-konkors jifforma parti mill-missjoni li għandu dan il-Gvern għall-Kunsilli Lokali, fejn se jkun qed jaħdem biex fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, bħala Gvern Lokali, ikunu ppremjati b’qabża ta’ kwalità.

Sadanittant għal din il-kompetizzjoni lokali ser jinżammu l-istess sitt kategoriji tal-Premju Ewropew, li huma dawn:

• Promozzjoni tal-Ispirtu Intraprenditorjali

• Investi fil-Ħiliet Intraprenditorjali

• Titjib tal-Ambjent Kummerċjali

• Appoġġ għall-Internazzjonalizzazzjoni tan-Negozju

• (Kategorija Ġdida) Appoġġ tal-Iżvilupp tas-Swieq Ħodor u Effiċjenza tar-Riżorsi

• Intraprenditorija Responsabbli u Inklussiva

Il-kompetizzjoni lokali ser tkun miftuħa għal żewġ sezzjonijiet separati. Waħda tkun miftuħa għal Kunsilli Lokali u l-oħra tkun miftuħa għal Awtoritajiet Pubbliċi, Organizzazzjonijiet Nazzjonali, sħubiji Pubbliċi-Privati, Programmi Edukattivi u Organizzazzjonijiet tan-Negozju.

L-applikazzjoni sabiex wieħed jipparteċipa tikkonsisti f’żewġ taqsimiet prinċipali: waħda tittratta l-proġett jew l-inizjattiva li tkun qed tiddaħħal għall-kompetizzjoni u taqsima oħra tirrekjedi informazzjoni fuq proġett jew inizjattiva illi l-applikant ikun qed jippjana għas-snin 2013/2014.

Il-premju finanzjarju huwa fil-fatt marbut ma’ dawn iż-żewġ taqsimiet għaliex ir-rebbieħa taż-żewġ sezzjonijiet (Kunsilli Lokali u entitajiet oħra) jingħataw parti mill-premju waqt is-serata meta jitħabbru r-rebbieħa (li qed tiġi ippjanata li ssir f’Ġunju) u l-parti l-oħra tingħata fix-xhur ta’ wara skont il-progress tal-implimentazzjoni tal-proġett ippjanat għas-snin 2013/2014 kif ikun imħabbar fl-applikazzjoni. B’kollox se jkunu qed jingħataw massimu ta’ €60,000 f’premjijiet. L-applikazzjonijiet huma miftuħa sat-13 ta’ Mejju 2013.

Iż-żewġ rebbieħa jew massimu ta’ żewġ proġetti parteċipanti oħra jistgħu jiġu nnominati biex jirrapreżentaw lil Malta fil-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża li għandu jiġi fi tmiemu b’serata ta’ premjazzjoni li ser issir fil-Litwanja f’Novembru li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow