IL-GVERN GĦANDU POLITIKA PRO-ATTIVA U ĦOLISTIKA GĦAT-TFAL
Waqt żjara li għamlet lill-Aġenzija Appoġġ, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Gvern għandu politika pro-attiva sabiex jilqa’ għad-domanda tat-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna.
L-Onorevoli Coleiro Preca spjegat kif il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ ir-riżorsi li għandhom aġenziji bħall-Appoġġ, sabiex it-tfal jingħataw l-aħjar servizzi.
Il-Ministru saħqet li hemm bżonn li nikkoordinaw ir-riżorsi tal-aġenziji u l-entitajiet kollha involuti f’dan il-qasam biex flimkien ikollna care plan sostnuta mill-entitajiet kollha u din tiġi implimentata bis-serjetà.
Marie-Louise Coleiro Preca tenniet li l-Gvern se jkun qed iwaqqaf working group li jiġbor fih professjonijisti u persuni minn diversi entitajiet sabiex żgħażagħ li jagħlqu tmintax-il sena u joħorġu mill-out of home care jingħataw l-appoġġ permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ, xogħol, edukazzjoni u akkomodazzjoni adattata għalihom.
Għal dan il-Gvern huwa inaċċettabli fejn ikollna sitwazzjoni ta’ tfal li m’għandniex fejn inżommuhom u jispiċċaw fl-isptar Monte Karmeli, saħqet Coleiro Preca.
Il-Ministru qalet ukoll li l-Gvern se jkun qed jindirizza n-numru ta’ tfal li qegħdin f’out of home care li fl-aħħar ħames snin irdoppja.
Tul iż-żjara l-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-ħaddiema kollha fl-Aġenzija Appoġġ fejn irringrazzjathom tax-xogħol u d-dedikazzjoni li jagħtu.
Coleiro Preca saħqet li l-Gvern se jkun ta’ sostenn għall-ħaddiema li jiffaċjaw numru ta’ każijiet, filwaqt li tinbena sinerġija biex b’determinazzjoni sħiħa nindirizzaw il-bżonnijiet ta’ kull tifel u tifla.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en