TNAQQIS SOSTANZJALI FIR-RATI TA’ ŻVILUPPI FILWAQT ILLI TKUN PRESERVATA IL-LOKALITA`
Inizjattiva ġdida – Save the Village Core
It-tariffi esaġerati tal-MEPA huma waħda mill-problemi ċentrali u huwa għalhekk illi dan il-gvern għandu obbligu illi jimxi mall-manifest elettorali tiegħu sabiex ikun żgurat illi t-tariffi jkunu f’livell sostenibbli.
Dawn it-tariffi huma maħsuba biex jagħmluha aktar faċli għal min irid jirrijabilita’ bini antik u allura ikun imħares l-ambjent billi jiġu preservati l-village cores tal-lokalitajiet Maltin, filwaqt li jagħmlu ġustizzja ma’ dawk l-iktar li ntlaqtu biż-żidiet fit-tariffi u fl-istess ħin nagħtu nifs qawwi lill-ekonomija.
Michael Farrugia, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, ħabbar fil-Parlament kif ir-rati individwali se jiġu mraħħsa:
Development Type Overall Rate Percentage Decrease
Advertisements 52%
Agriculture 11%
Boathouse For Registered Fisherman 53%
Bungalow 14%
Change of Use to Non Residential 29%
Change of Use to Social/ Cultural/ Sports/ Educational/ Forced Relocation 27%
Commercial Development (incl. ext) - Floor Area 37%
Commercial Development (incl. ext) - Site Area 55%
Engineering Operations 36%
Env. & Dev. Brief - Normal Buildings 40%
Flat / Terraced House / Maisonette 8%
Garages ancillary to other uses on site 8%
Greenhouse 11%
Land Reclamation for Agriculture 21%
Livestock Farm Building 13%
Other development not otherwise specified 19%
Other Garages 50%
Penthouse 30%
Public Car Park 33%
Quarry (New / Horizontal Extension) 17%
Social/ Cultural/ Sports/ Educ/ Forced Relocation 27%
Special Buildings or Uses 2%
Temporary Structure / Use of Land 5%
Villa (Semi / Fully Detached -2 dwelling units) / Farmhouse 30%
Se jkun hemm ukoll tnaqqis sostanzjali fir-rati għat-twaqqiegħ, u dan kif muri hawn isfel:
Demolition of Building or Structures DPF Environment
Fee
Rate (€) Rate (€)
Up to 50 m2 - -
From 51 m2 to 400 m2 200.00 (kienet tlaħħaq 1,000 eur) 20.00
From 401 m2 to 750 m2 400.00 (kienet tlaħħaq 1,985 eur) 40.00
From 751 m2 to 1000 m2 1,000.00 (kienet 1,985 eur) 100.00
> 1,000m2 2,000.00 (issa r-rata se tiġi “capped” mentri qabel kienet 1,985 eur għall- ewwel 1000 metri kwadri, imbagħad tibqa’ togħla 0.5 eur għal kull metru kwadru) 200.00
EZEMPJI TA’ ŻVILUPPI LI SE JORĦSU U B’ KEMM AMMONT
RATI BHALISSA RATI PROPOSTI TNAQQIS
Change of use ghal uzu kummerċjali – jekk nieħdu 75 metri kwadri 740.25 489 34 %
Żvilupp ġdid kummercjali fuq 29,109 metri kwadri u garaxxijiet fl-istess sit fuq 16, 418 metri kwadri 706,965 465,264 34%
Żvilupp gdid kummerċjali fuq 28,681 metri kwadri u garaxxijiet fuq 16,418 metri kwadri u użu ta’ natura socjali fuq 428 metri kwadri 703,224 463,350 34%
TWAQQIEGH TAL- BINI EŻISTENTI – footprint ta’ 3,000 metri kwadri –segwit bi żvilupp kummerċjali fuq 28,681 metri kwadri, garaxxijiet fuq 16,418 metri kwadri u użu ta’ natura soċjali fuq 428 metri kwadri 706,279 465,550 34%
Tlett appartamenti (footprint kumplessiva ta’ 464 metri kwadri), penthouse (136 metri kwadri) u garage (137 metri kwadri) 7,849.12 6,337.54 20%
TWAQQIEGH TAL- BINI EZISTENTI footprint ta’ 380 metri kwadri –segwit bi zvilupp konsistenti minn tlett appartamenti (footprint kumplessiva 464 metri kwadri), penthouse (136 metri kwadri) u garage (137 metri kwadri) 9,534.12 6,557.54 31%
63 FLAT u garaxxijiet (footprint ta’ 6,641 metri kwadri), Żvilupp kummercjali fuq 1515 metri kwadri u engineering works mifruxa fuq 4260 metri kwadri 272,327 223,906 18%
Bungalow fuq 650 metri kwadri u garaxx fuq 228 metri kwadri 14,668 12,697 13%
Other garages mifruxa fuq 1021 metri kwardi 11,455 5,778 50%
Jingħad ukoll li l- ‘capping fees’, u cioe’ il- massimu li wieħed huwa dovut iħallas f’applikazzjoni, se jitnaqqsu sostanzjalment għal numru ta’ żviluppi. Fil- fatt, id-development permit fee massima f’ każ ta’ żviluppi kbar se tonoqs minn miljun ewro għal ħames mitt elf ewro.
Minn hawn fuq jirrizulta kjarament li t-tariffi se jorħrsu ‘across the board’, u dawn jinkludu applikazzjonijiet għal bdil ta’ użu għal skop kummerċjali li se jonsqu sotanzjalament, u dan biex nagħtu nifs lil dawk li se jiggestixxu negozju. Dan kollu qed jinghad fl-isfond tal –fatt illi fil jiem li ġejjin se tiġi mnedija konsultazzjoni pubblilka fejn l-istess pubbliku se jkun mistieden jgħidilna dwar l-ostakoli li jsib fil MEPA biex b’hekk il policies ikunu aġġornati bl -aktar mod sostennibli.
F’kaz li fil-proċess tal-applikazzjoni, jintalab bdil fil- pjanti, u t-tariffa trid tiġi riveduta, jingħad li fil- kaz ta’ applikazzjonijiet li kienu sottomessi qabel l- 2010, tapplika r-rata ta’ dak iż-żmien. Għal kazijiet li ġew sottomessi bir-rati ta’ wara l- 2010, ossija r-rati l- għoljin, se tapplikka t-tarriffa l- ġdida minkejja li l-applikazzjoni kienet ippreżentata taħt ir-reġim ta’ rati għoljin;
Save the Village Core
Inizjattiva ġdida hija – Save the Village Core , fejn f’każ ta’ rijabilitazzjoni ta’ bini antik, it-tariffi se jkunu imneħħijja kompletament sakemm il- proposta tkun limitata għal rijabilitazzjoni mingħajr twaqqiegħ ta’ partijiet mill-istess bini.
Dan se jkun qed isir kemm jista jkun biex iz-zoni antiki ikunu mħarsa u fl- istess ħin ninċentivaw applikazzjonijiet għal rijabilitazzjoni ta’ bini antik.
Michael Farruġia spjega kif il-funzjonijiet tal-ambjent u l-ippjanar se jkunu isseparati sal-aħħar tas-sena 2014.
Huwa qal ukoll kif se tkun miġġielda il-burokrazija bla bżonn u dan billi tkun evalwata kull possibilita li fil-kaz ta’ bosta applikazzjonijiet fl-iskema tal-iżvilupp li minkejja huma skont il-pjan lokali u mal-policies, sal-lum ma jikkwalifikawx bħala development notification order, ikunu approvati immedjatament wara il-proċess ta’ screening, minghajr il-ħtieġa li dawn jigu approvati mill-Enviroment and Planning Commission (EPC).
B’hekk jigi iffrankat il-bżonn li applikazzjoni tgħaddi għand il- case officer u eventwalment l- EPC – process li normalment jieħu ta’ l-anqas sitt xhur issa jieħu xahar.
Is-segretarju Parlamentari Michael Farruġia qal illi aktar dettalji dwar dawn il-proċeduri se jkunu qed jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en