Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT STEFAN BUONTEMPO, ILLUM INDIRIZZA KONFERENZA STAMPA LI MATULHA ĠIET IMNEDIJA L-14-IL EDIZZJONI TAL-MARATONA BIR-ROTI

pr0593
Date Icon 08/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo, illum indirizza konferenza stampa li matulha ġiet imnedija l-14-il edizzjoni tal-Maratona bir-Roti organizzata mill-istudenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca u mill-assoċjazzjoni tal-istudenti passati ALPS. Il-ġbir minn din il-maratona ser imur għas-sorijiet tal-Ursolini li jieħdu ħsieb tfal ta’ bejn it-3 snin u 16-il sena.

Stefan Buontempo feraħ lill-organizzaturi għan-nom tal-Gvern għal dan il-ġest nobbli, ġest ta’ solidarjetà u ta’ mħabba. Buontempo qal li min jipparteċipa jkun qed jgħin u juri l-impenn tiegħu lejn dawk li għandhom xi forma ta’ bżonn.

L-Onor. Buontempo saħaq li meta nitkellmu fuq sports inkunu qed nitkellmu fuq kompetizzjoni jew aħjar spirtu kompetittiv, fuq is-saħħa u fuq parteċipazzjoni kollettiva. L-isports ifisser solidarjetà.

Stefan Buontempo tenna li l-isports irid ikun għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni bejn min għandu l-flus u min m’għandux. Huwa saħaq li l-gvern irid joħloq opportunitajiet biex kulħadd ikollu aċċess għall-faċilitajiet sportivi.

Kull tifel u tifla jrid ikollu dritt ta’ eżerċizzju fiżiku u għalhekk ser ikun qed jaħdem biex tiġi mnedija kampanja edukattiva kontra l-obeżità, qal Stefan Buontempo.

Is-Segretarju Parlamentari temm l-indirizz tiegħu billi faħħar lill-knisja għal ħidma li jwettqu għall-ġid tal-komunitajiet tagħna, lejn it-tfal, il-persuni b’diżabilità u anke lejn l-anzjani.  Dr Buontempo awgura kull suċċess f’din il-maratona u wiegħed l-appoġġ tal-Gvern f’dawn l-inizzjattivi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow