TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET 2013
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni jgħarraf li se joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget 2013.
Il-Budget fuq l-Internet
Nhar it-Tnejn, 8 ta’ April, mat-tmiem tad-diskors tal-Budget fil-Parlament, it-test kollu tad-Diskors tal-Budget 2013, l-Estimi Finanzjarji kif ukoll l-Economic Survey se jkunu disponibbli fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi (www.mfin.gov.mt) u l-portal tal-Gvern (www.gov.mt).
Barra minn hekk, tard filgħaxija fuq il-youtube channel tad-DOI se jittella’ d-diskors tal-Budget.
Pubblikazzjonijiet dwar il-Budget
Kopji stampati tad-Diskors tal-Budget (€2), l-Estimi Finanzjarji (€5), u l-Economic Review (€2), se jkunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, il-Belt Valletta, minn nhar it-Tlieta, 9 ta’ Marzu, 2013.
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq 2200 1700 jew jibgħat e-mail lil: info.doi@gov.mt
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en