Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr0584
Date Icon 08/04/2013

Kxif ta’ abbuż serju fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Żjara għall-għarrieda mill-Ministru Għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin wasslet għal kxif t'abbuż serjissimu.

Kien il-bieraħ il-Ħadd 7 ta' April fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija li l-Ministru Mallia għamel din iż-żjara mingħajr m’avża lid-direzzjoni tal-Faċilità. Hemmhekk sab erba’ uffiċjali għassiesa li kienu suppost għax-xoghol, f’xift li jispiċċa fid-disgħa ta’ filgħaxija, meta fil-fatt kienu d-dar.

Fil-faċilità hemm punch clock imma ta' spiss ma jintużax. Meta l-Ministru staqsa għax din is-sitwazzjoni kienet qed tiġri, u jekk kinitx ilha qed tiġri, r-risposta kienet li dan l-abbuż ilu għaddej żmien twil u li kieku kien fost il-ġimgħa l-ammont ta’ uffiċjali nieqsa kien ikun ta’ sebgħa jew tmienja. Intqal lill-Ministru Mallia li saħansitra ġieli kien hemm uffiċjali li jmorru d-dar fis-siegħa ta' wara nofsinhar minflok fid-disgħa ta' filgħaxija, iġifieri tmien sigħat qabel il-ħin. 

Dan huwa każ serju għaliex qed iseħħ f'post ta' sigurtà nazzjonali fejn jista’ jinqala inċident u l-uffiċjali li suppost ikunu għax-xogħol, imħallsin minn flus il-poplu, jkunu d-dar. Il-Ministru immedjatament talab lid-Direttur tal-Faċilità għal spjegazzjoni imma d-Direttur wieġeb li ma kienx  jaf li hemm dan l-abbuż għaddej.

Għalhekk il-Ministru ordna investigazzjoni immedjata permezz tas-Segretarju Permanenti biex min jirriżulta li abbuża jrodd lura dak li ngħata meta skarta mill-post tax-xogħol. Il-ktieb tal-attendenza ġie ssiġillat biex jinfetaħ mis-Segretarju Permanenti kif jibda jinvestiga l-każ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow