GĦANAFEST - 2013
F’Ambjent tipiku u differenti mis-soltu, fir-raħal taz-Żejtun dalgħodu ġie varat l-festival tradizzjonali tal-għana, magħruf aktar bħala l-Għanafest. L-Għanafest jiċċelebra l-għana u l-mużika tradizzjonali Maltija f’kuntest Mediterranju. Il-festival ta’ din is-sena għandu t-tema ta’ “Gżejjer”.
Fi żjarja li għamel fir-raħal taż-Żejtun, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura Dr. Jose Herrera iltaqa’ mal-iżgħar għannej li għandna f’pajjiżna: in-Nordaj, li għandu 6 snin.
Huwa faħħar il-kultura Maltija u qal li l-Ministeru tiegħu ser jagħmel minn kollox biex ikompli jixpruna. Dan ser issir permezz t’għadd ta’ inizjattivi li ser ikunu qed jitħabbru fiż-żmien li ġej biex il-kultura Maltija tikber u titkattar. Huwa qal li dan kollu jagħmel parti mill-missjoni li għandu pajjiżna biex jagħmel minn Valletta 2018 l-aqwa rigal li qatt ingħata lill-pajjiżna.
Fiż-Żejtun, is-Segretarju Parlamentari ddawwar ma bosta postijiet fejn ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu jinġemgħu l-għannejja. Huwa ttieħed iżur diversi ġonna u postijiet pubbliċi fiż-Żejtun fejn hemmhekk hemm ukoll tifkiriet ta’ bosta għannejja Maltin.
Din is-sena l-Għanafest ser jittella’ mis-7 sad-9 ta’ Ġunju fil-ġonna tal-Argotti l-Furjana. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser jieħdu sehem għadd ta’ gruppi minn barra l-pajjiż fosthom minn Sardenja, Korsika u Kreta.
Preżenti għall-attività ta’ dalgħodu kien hemm ukoll is-Sindku taz-Żejtun is-Sur Joe Attard.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en