Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JKUN JAGĦTI L-IMPORTANZA MISTĦOQQA LIS-SETTUR TAL-CRUISE LINERS

pr0573
Date Icon 05/04/2013

Is-settur tal-curise liners se jkun qed jingħata l-importanza li jistħoqqlu mill-gvern Malti fost l-oħrajn b’titjib fil-faċilitajiet tal-irmiġġ f’Xatt Pinto u f’Għawdex.

Sostna dan il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijijet abbord il-bastiment Costa Favolosa fejn kien imniedi uffiċjalment il-bidu tal-operat tal-Costa Favolosa minn Malta.

Il-Ministru Vella kkwota figuri għall-2012 li juru kif mis-settur tal-cruise liners biss, waslu f’pajjiżna mas-600,000 passiġġier b’total ta’ 322 wasla ta’ cruise liners, bi 80% minnhom ikunu minn pajjiżi Ewropej fosthom l-Italja, Franza, il-Ġermanja, l-Ingilterra u Spanja. Semma’ kif dan is-settur evolva tul is-snin biex minn sempliċi port of call illum Malta qed isservi ta’ home porting. Fl-istess ħin semma’ kif is-settur tal-fly and cruise irreġistra żieda ta’ 15%.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella ddeskriva s-sena 2013 bħala waħda ta’ sfida għal dan is-settur fejn minkejja li hemm skedati 34 wasla ta’ cruise liners f’Malta, b’total ta’ 110,000 passiġġier, mistenni jkun reġistrat tnaqqis żgħir fl-ammont ta’ passiġġieri. Dan hekk kif żewġ kumpaniji ddeċidew li din is-sena jnaqqsu l-ammont ta’ wasliet f’Malta.

Qal li f’dan ir-rigward il-Gvern qed jagħmel kull sforz biex is-sitwazzjoni tkun rimedjata.

Fejn tidħol infrastruttura, il-Ministru Vella qal li l-Gvern għandu pjan li jtejjeb il-faċilitajiet tal-irmiġġ numru 4 u 5 fix-Xatt ta’ Pinto filwaqt li s-servizz ta’ irmiġġ fix-Xlendi mistenni jkun rilokat. Il-gvern se jkun qed jara wkoll li jkun ippubblikat l-avviż legali li jippermetti ħruġ ta’ liċenzji temporanji għall-operat ta’ casinos abbord il-cruise liners. Dan wara li din id-deċiżjoni diġà kienet ġiet approvata fil-Parlament.

Il-Ministru għat-Turiżmu wiegħed l-appoġġ kollu tal-gvern biex din l-industrija tkompli tikber u tespandi.

L-Ambaxxatur Taljan għal Malta Giovanni Umberto de Vito spjega kif din hija opportunità tajba għal Malta fejn jidħol il-qasam turistiku fejn turisti ġodda se jkollhom iċ-ċans li jiskopru x’kapaċi toffri Malta.

Il-Costa Favolosa beda bl-ewwel waqfa tiegħu fil-Port il-Kbir fid-29 ta’ Marzu u mistenni jibqa’ jagħmel wasliet regolari f’Malta sal-15 ta’ Novembru.

Indirizzaw ukoll il-konferenza tal-aħbarijjiet uffiċjali mil-kumpanija Costa Crociere, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port is-Sur John Portelli, is-Sur Michelle Abele f’isem il-kumpanija Orange Group u d-Direttur Eżekuttiv tal-Bord tal-kumpanija SMS is-Sur Joe Cappello.

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijijet u li għaliha kienu mistiedna bosta aġenti tal-ivvjaġġar u persuni oħra distinti, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella ppreżenta tifkira tal-okkażjoni lill-Kaptan tal-bastiment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow