Left arrow Go Back

ŻJARA F’GĦAWDEX MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr0572
Date Icon 05/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes, nhar il-Erbgħa 3 ta’April, 2013 għamel żjara ġewwa l-gżira Għawdxija.

Huwa żar il-villaġġ tal-ikel tal-aħwa Magro li jinsab ġewwa l-Qasam Industrijali tax-Xewkija.  Hemmhekk intlaqa’ mill-aħwa Magro u ġie mdawwar mal-kumpless kollu.  Wara, huwa żar l-impjant tal-għasir tad-tadam tal-kumpanija Farmers’ Foods Limited.

Matul dawn iż-żjarat is-sidien taż-żewġ stabbilimenti ddiskutew mas-Segretarju Parlamentari l-problemi li bħalissa qed iħabbtu wiċċhom magħhom, fosthom l-inċertezza qalb il-produtturi tad-tadam, l-għajnuna li għandhom bżonn sabiex jgħelbu u jikkumbattu l-parassita tuta absoluta, il-kompetizzjoni mill-importazzjoni ta’ prodotti tal-biedja minn barra, l-għajnuna mill-EU li għandu bżonn dan is-settur kif ukoll l-attenzjoni u s-sapport min-naħa tal-Gvern.  

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes wiegħed li ser ikun viċin tal-bdiewa, produtturi, raħħala u sajjieda sabiex mhux biss jismagħhom iżda jgħinhom f’dak kollu li għandhom bżonn sabiex dawn is-setturi jimxu ’l quddiem għall-ġid ta’ dawk kollha li jaħdmu f’dawn l-oqsma, kif ukoll tal-konsumatur.

Is-Segretarju Parlamentari żar ukoll il-Biċċerija t’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow