Left arrow Go Back

GVERN PROATTIV FIL-QASAM SOĊJALI

pr0571
Date Icon 05/04/2013

Waqt laqgħa mal-Għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, il-Ministru l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Gvern se jkun proattiv fil-qasam soċjali.

Hija qalet dan meta kienet qed tiddiskuti mad-Direttur tal-Għaqda George Busuttil, il-problemi li jiffaċċjaw persuni meta joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ewlenin fosthom il-problema biex isibu mpjieg u post fejn joqogħdu.

Iddiskutew ukoll id-dipendenza tal-familja fuq il-benefiċċji soċjali meta wieħed mill-ġenituri jkun il-ħabs, id-droga kif ukoll is-sezzjoni taż-żgħażagħ YOURS.

Diskussa wkoll it-tneħħija tal-pensjoni meta persuna tidħol il-Ħabs, in-nuqqas t’affarijiet bażiċi fil-Faċilità, bħal sodod u siġġijiet kif ukoll in-nuqqas t’aċċessibiltà għall-priġuniera b’diżabilità.

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qalet li dawn huma lkoll kwistjonijiet li dan il-Gvern irid jindirizza, b’mod partikolari l-Liġi tal-Parole li jeħtieg li jkollha l-istrutturi neċessarji biex tibda taħdem, wara li ilha sena u nofs li ddaħħlet.

Minn naħa tiegħu d-Direttur tal-Għaqda George Busuttil qal li preżentament il-ħabs mhu jipprepara lil ħadd mis-sitt mija u tletin priġunier għal meta jerġgħu joħorġu fis-soċjetà.

Liema riforma, temm jgħid Busuttil, għandha tibda mill-ewwel jum li fih jidħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow