Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JKUN QED JASSIGURA LI L-FREEPORT TA’ PAJJIŻNA JKOMPLI JAQDI L-FUNZJONI TIEGĦU U JESPANDI L-OPERAT FIL-MEDITERRAN – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA

pr0569
Date Icon 05/04/2013

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Dr. Edward Zammit Lewis żaru l-Malta Freeport.

Fl-ewwel laqgħa l-Kap Eżekutiv tal-Malta Freeport Terminal, is-Sur Uwe Malezki għamel preżentazzjoni tal-operat u tkellem dwar il-pjani li għandhom għal ġejjieni. Min-naħa tiegħu il-Ministru Chris Cardona qal li dan il-Gvern irid jassigura li l-Freeport ta’ pajjiżna jkompli jgħaqdi l-funzjoni tiegħu u jespandi l-operat fil-Mediterran. Dan se jkun qed jagħmlu billi fost l-oħrajn jagħti s-sapport u l-għajnuna neċessarja. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Dr. Edward Zammit Lewis qal li dan se jkun qed isir għaliex il-Gvern jagħraf li Malta għandha potenzjal naturali biex issir ċentru marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran.

Matul l-2012 mill-Malta Freeport Terminal għaddew rekord ta’ 2.54 miljun container, bin-numru ta’ impjegati, li jinkludu l-ħaddiema tax-xatt u sub-contractors, kienu jammontaw għal 1,400.  Din is-sena Il-Malta Freeport Terminal qed tinvesti 31 miljun ewro fl-estenzjoni tal-faċilitajiet.

Il-Ministru Chris Cardona u S-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis żaru wkoll l-Oiltanking u l-Medserv, kif ukoll iltaqgħu mal-ħaddiema tal-Malta Freeport Corporation.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow