BIBIEN MIFTUĦA GĦAD-DIPLOMAZIJA EKONOMIKA
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella laqa’ fil-Ministeru tiegħu lill-Konsli Onorarji akkredikati għal Malta biex jispjegalhom il-politika tal-gvern ġdid li jrid isaħħaħ relazzjonijiet ma’ l-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi biex idaħħal diplomazija ekonomika li minnha jgawdi l-pajjiż.
Il-Ministru Vella spjega li l-politika ta’ dan il-gvern hi li jiftaħ il-bibien għal dawn ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi barranin li lkoll huma professjonisti u persuni midħla fin-negozju. Huwa spjega li fil-qasam tal-politika barranija, dan il-gvern se jkompli fuq dak li bena l-gvern preċedenti u jagħmel enfasi kbira fuq it-tisħiħ ta’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi lil hinn mill-Ewropa bħalma huma r-Russja, l-Amerka, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja, fost pajjiżi oħra li l-ekonomiji tagħhom qed jikbru.
Dan il-gvern għandu rispett kbir lejn il-Konsli Onorarji f’Malta li għalkemm mhumiex Ambaxxaturi jagħmlu xogħol siewi ħafna, qal il-Ministru George Vella li żied jgħid, “Intom għandkom isservu ta’ pont bejn Malta u l-pajjiżi li tirrapreżentaw għaliex għandkom il-kuntatti w il-mezzi li bihom tistgħu tagħmlu ġid lil Malta bil-possibiltajiet ta’ negozju, investiment u turiżmu”.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin spjega l-ħsieb ta’ dan il-gvern hu li jaqsam l-Affarijiet Ewropej mill-Affarijiet Barranin biex propju, “dan il-Ministeru jkun jista’ jiffoka iktar fuq relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi oħra billi l-Unjoni Ewropea kienet qed tieħu ħafna mir-riżorsi ta’ dan il-Ministeru”.
Tkellem fuq l-isfida ta’ Malta li bdiet tħejji għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea billi twaqqaf Segretarjat Parlamentari li jiffoka fuq dan ix-xogħol li se jkun fost l-aktar perjodi important għall-istorja politika ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en