KUNSILLI LOKALI EQREB TAĊ-ĊITTADIN
Il-Ħamis filgħaxija s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali, Dr. José Herrera attenda għal ċerimonja li matulha ġie varat is-servizz t’online streaming tal-laqgħat. Huwa qal li permezz ta’ dan il-proġett, il-Kunsill Lokali ser ikun eqreb taċ-ċittadin għaliex mill-kumdità ta’ darhom huma ser ikunu jistgħu jsegwu l-laqgħat tal-kunsill. Dan huwa l-impenn ta’ Gvern Ġdid u l-viżjoni li għandu dan is-segretarjat biex jegħleb il-burokrazija u jkun aktar trasparenti.
Huwa faħħar il-ħidma li għamel il-kunsill lokali ta’ Wied il-Għajn u qal li dan il-proġett issa jrid jinfirex mal-bqija tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-online streaming huwa l-ewwel, minn sensiela ta’ inzijattivi li fil-futur ser ikun qed jieħu l-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali biex il-Gvernijiet Lokali jkunu aktar għas-servizz effiċjenti taċ-ċittadin.
“Nemmnu liċ-ċittadin huwa l-qalb tal-komunità u rridu mmexxu fuq il-ħsibijiet u n-neċessitajiet taċ-ċittadin. Għaldaqstant ser inkomplu ninkoraġixxu liċ-ċittadini kollha biex ikomplu jitgħallmu l-informatika ħalli jkunu aktar kompetenti biex jikkomunikaw”, tenna is-Segretarju Parlamentari. Fil-fatt intqal li l-e-democracy hija ċ-ċavetta għar-residenti tal-lokal biex ikollhom rwol aktar attiv fil-lokalità tagħhom stess.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbar ukoll li dalwaqt ser jibda l-proċess għal tibdil fil-liġi tal-Gwardjani Lokali biex is-sistema tkun aktar favur iċ-ċittadin u kontra l-burokrazija.
Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Mario Calleja u l-persuna li ħa ħsieb il-proġett Ray Abela. F’din l-ewwel laqgħa tal-Kunsill il-Ġdid ta’ Wied il-Għajn is-Sindku u l-Viċi Sindku ħadu l-ġurament tal-kariga.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en