AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr0562
05/04/2013
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tan-Nadur wara r-Riżenja tal-Kunsillier Mary Portelli (Marzu 2012 PN)
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu, illi ġiet ippreżentata nomina waħda għall-elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali tan-Nadur. In-nomina ġiet ippreżentata llum, il-Ġimgħa, 5 ta’ April, 2013 minn Rita Marcel Mifsud.
L-għadd tal-voti ser isir nhar it-Tlieta, 9 ta’ April, 2013, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, f’nofsinhar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en