Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI TINAWGURA L-‘ANNUAL SCALE MODEL EXHIBITION’

pr0558
Date Icon 05/04/2013

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, inawgurat l-‘Annual Scale Model Exhibition’ li qed tittella’ bħalissa fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.  Din l-esebizzjoni hija organizzata mis-‘Society for Scale Modellers’ li ġiet imwaqqfa fl-1981 u llum għandha madwar 60 membru.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-esebizzjoni, il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern huwa impenjat biex isaħħaħ is-settur tal-volontarjat f’pajjiżna.  Hija ferħet lill-membri tal-għaqda għas-suċċessi li kisbu f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali.  Bħalissa l-membri tal-għaqda huma għaddejjin bil-preparamenti tagħhom sabiex jipparteċipaw f’kompetizzjoni internazzjonali oħra li se ssir fir-Renju Unit f’Novembru li ġej.

Il-wirja se tkun miftuħa bejn il-Ġimgħa 5 u l-Ħadd 7 ta’ April, bejn id-09:00 u l-17:00.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow