Left arrow Go Back

NINDIRIZZAW L-ISFIDI DWAR IS-SIGURTA TAL-CLOUD COMPUTING

pr0555
Date Icon 04/04/2013

Il-Cloud users iridu jużaw cloud provider li jagħti garanzija li jħares il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, filwaqt li l-cloud providers għandhom ir-responsabbilta` li jħarsu din il-leġislazzjoni biex jiżguraw kunfidenzjalita` u trasparenza.

Dr Dalli kienet qed titkellem waqt seminar għall-professjonisti legali organizzat minn Microsoft Malta dwar l-implikazzjonijiet u l-isfidi tas-sigurta` tal-cloud computing.

Cloud computing huwa l-kunċett li permezz tiegħu taħżen id-data u l-informazzjoni personali tiegħek jew tal-kumpanija tiegħek fuq kompjuter ta’ ħaddieħor.  Hemm kumpaniji li joffru s-servizzi tal-cloud kemm lil persuni individwali, kif ukoll għan-negozji.  Dawn il-kumpaniji jistgħu jżommu ħlas għall-użu ta’ dan l-apparat jew programmi tal-kompjuter, li huma joffru għall-użu tal-konsumatur.  Kumpaniji oħra joffru dan is-servizz lill-pubbliku mingħajr ħlas.

Filwaqt li l-cloud computing għandu bosta benefiċċji, fosthom anqas spejjeż għall-kumpaniji, hemm diversi sfidi relatati mas-sigurta` li għandhom ikunu indirizzati meta individwi jew kumpaniji jikkunsidraw li jmexxu informazzjoni u dokumenti sensittivi fuq sistemi ta’ clouds pubbliċi jew shared. 

Il-Ministru Dalli qalet li “l-impenn tal-Gvern hu li l-cloud users f’Malta jkunu jistgħu jserrħu rashom li min jiprovdilhom is-servizzi tal-cloud jipproteġi d-data personali tagħhom b’mod effiċjenti u trasparenti, b’konformita` mal-istandards tal-protezzjoni tad-data Ewropea”.  Hi rreferiet għad-Direttiva tal-EU dwar il-protezzjoni tad-data u għall-‘Opinjoni’ ppubblikata mill-Article 29 Data Protection Working Party, li huwa korp konsultattiv indipendenti dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, magħmul mill-European Data Protection Supervisor u l-Kapijiet tal-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data, inkluż il-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data Malti. 

Dr Dalli tkellmet dwar il-ħtieġa li l-cloud users jimxu mad-Direttiva tal-UE u jikkonsultaw din l-‘Opinjoni’, li t-tnejn li huma jistgħu jigwidawna fuq din l-issue.

Ms. Adrianna Zammit, Country Manager ta’ Microsoft Malta, qalet li “l-Microsoft, bħala mutur prinċipali tat-teknoloġija tal-cloud computing, trid tagħmel parti importanti biex tagħti sapport lil din il-pjattaforma ġdida ta’ komunikazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ dan is-seminar għall-professjonisti legali huwa skont il-politika tagħna li nipromwovu s-sigurta` fl-użu tal-cloud computing”.

Is-seminar kien indirizzat fost l-oħrajn minn Dr. Jochen Engelhardt, Direttur Legali ta’ Microsoft fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow