Left arrow Go Back

IMNIEDI SERVIZZ ĠDID TAL-AJRU BEJN MALTA U RIGA MIL-LINJA TAL-AJRU AIR BALTIC

pr0551
Date Icon 04/04/2013

Dalgħodu kien imniedi uffiċjalment servizz ġdid bejn Malta u Riga mil-linja tal-ajru Air Baltic. It-tnedija ta’ dan is-servizz saret waqt konferenza tal-aħbarijiet f’lukanda f’Ħ’Attard fil-preżenza tal-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella u ta’ uffiċjali għolja tal-kumpanija Air Baltic fost oħrajn.

Is-servizz bl-ajru mistenni jibda fit-12 ta’ Mejju u jibqa’ jkun offrut sa’ nofs Ottubru, bit-titjiriet minn Riga jkunu skedati kull nhar ta’ Sibt filwaqt li minn Malta kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Il-kumpanija se tkun qed tagħmel użu minn ajruplan tat-tip Boeing 737-300 u kull titjira mistennija tieħu ftit aktar minn tliet sigħat u nofs. It-titjiriet bejn Malta u Riga mhux biss se jservu bħala  mezz ta’ vjaġġar bejn iż-żewġ ajruporti imma wkoll ta’ opportunità għal destinazzjonijiet bħar-Russja, l-Iskandinavja u l-pajjiżi Baltiċi.

Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella iddeskriva l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz ġdid bħala opportunità eċċellenti biex ikunu attirati turisti minn swieq ġodda, fl-istess ħin li l-poplu Malti se jkun offrut destinazzjoni oħra ġdida fejn jista’ jivvjaġġa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci semma’ kif din is-sena se jkunu introdotti sitt rotot ġodda lejn Malta filwaqt li żied li l-Awtorità tħares ’il quddiem għal aktar koperazzjoni mal-linja tal-ajru Air Baltic biex tippromwovi lil Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Markus Klaushofer iddeskriva dan is-servizz ġdid  bħala wieħed ta’ potenzjal kbir b’mod partikolari minħabba l-firxa ta’ servizzi li l-linja tal-ajru Air Baltic għandha fir-reġjun. Semma’ kif dan is-servizz seta’ jkun possibli grazzi għall-kollaborazzjoni mill-viċin li teżisti bejn il-gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, fl-istess ħin li rringrazzja lil-linja tal-ajru għall-impenn tagħha li topera din ir-rotta ġdida lejn Malta.

Min-naħa tiegħu il-Viċi President għall-Corporate Communications tal-Linja tal-ajru Air Baltic Janis Vanags faħħar il-kollaborazzjoni eċċellenti li l-kumpanija sabet kemm mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mill-kumpanija MIA, kif ukoll għall-mod li bih intlaqgħet mil-linja nazzjonali tal-ajru l-Airmalta.

Temm jgħid li l-kumpanija Air Baltic qed tħares ’il quddiem li tagħmel suċċess fit-tħaddim ta’ dawn it-titjiriet lejn Malta. Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijijet, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kien preżentat b’mudell ta’ ajruplan tal-linja Air Baltic bħala tifkira tal-okkazjoni.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll bosta ġurnalisti mil-Litwanja, l-Estonja u l-Latvia li bħalissa jinsabu f’Malta għal żjara qasira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow