Left arrow Go Back

NINDIRIZZAW IX-XOGĦOL PREKARJU B’MOD ĦOLISTIKU

pr0548
Date Icon 04/04/2013

Waqt laqgħa ta’ korteżija bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u delegazzjoni tal-General Workers’ Union mmexxija mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Tony Zarb, iż-żewġ partijiet qablu li x-xogħol prekarju għandu jiġi indirizzat b’mod ħolistiku.

L-Onorevoli Coleiro Preca qalet li l-Gvern huwa determinat li jelimina l-faqar u l-esklużjoni soċjali minn pajjiżna.

Għamlet aċċenn ukoll għall-awditjar ta’ diversi entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tmexxi u kif il-proċess se jkun qed jinvolvi b’mod dirett lill-ħaddiema li huma wkoll stakeholders fl-operat tal-entitajiet.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU s-Sur Tony Zarb semma l-ħtiega li l-housing soċjali jibqa’ jgħin lil min għandu bzonn filwaqt li jiġu indirizzati abbużi fl-għoti ta’ servizzi soċjali.

Temm jawgura lill-Onorevoli Coleiro Preca ħidma sfiqa filwaqt li saħaq li l-impenn tagħha se jmexxi dan il-qasam ‘il quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow