Left arrow Go Back

IT-TEKNOLOĠIJA TAL-PROĠETT FIBRE-TO-THE-HOME F’PAJJIŻNA

pr0545
Date Icon 04/04/2013

It-teknoloġija broadband ħalliet impatt sinifikanti fuq il-mod kif aħna nirreaġġixu u nikkomunikaw ma’ xulxin. Gћaldaqstant il-Gvern qed jevalwa l-proġett tal-Fibre-to-the-Home (FttH) u fil-gimgћat li ġejjin ser ikun qiegћed jaћdem bis-sћiћ biex Malta tkun minn ta’ quddiem li tuża din it-teknologija.  B’dan il-mod inkunu qed nattiraw iktar investiment lejn pajjiżna.

Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Dr. Edward Zammit Lewis, waqt żjara fl-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni. Huwa qal li s-settur tal-komunikazzjoni juri l-benefiċċji li jinkisbu mill-kompetizzjoni b’mod partikolari meta nitkellmu dwar l-investiment u l-innovazzjoni li jikkontribixxu gћat-tkabbir ekonomiku.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif dan il-qasam isaћћaћ is-settur tal-ekonomija diġitali minћabba li l-ewwelnett huwa parti fundamentali tal-industrija tal-ICT f’Malta li qed dejjem tkompli tikber fl-importanza. Tant hu hekk li s-sena l-oћra s-settur tal-ICT ikkontribwixxa madwar 4.55% tal-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżna.

L-Onor. Zammit Lewis saћaq “It–teknoloġija tal-komunikazzjoni hija indispensabbli gћall-innovvazjoni, effiċjenza u żvilupp. Dan jirriżulta fl-opportunità għal żieda fl-ammont ta’ impjiegi u  impjiegi ta’ kwalità għaċ-ċittadini tagћna li aћna bћala gvern kommessi li nkattru”.

Matul l-2012, kuljum ġew iġġenerati madwar 1.6 miljun minuta minn fuq it-telefoni ċellulari f’Malta. Dan ifisser li fuq bażi ta’ kuljum, il-poplu Malti juza’ l-ekwivalenti ta’ 26,500 siegћa bl-użu fuq telefonija ċellulari. Illum aћna gћadna madwar 54,000 abbonat attiv fit-telefonija mobbli spjega s-Segretarju Partlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari kompla billi semma l-importanza li dan il-gvern ser ikun qed jagћti fuq l-aċċessibilità għall-mezzi teknoloġiċi kemm miċ-ċittadini kollha kif ukoll fis-settur tan-negozju. F’dan ir-rigward il-gvern intenzjonat li jkun hemm espansjoni gћal disponibbiltà tal-Wi-Fi f’postijiet pubbliċi u f’bini tal-Gvern bil-gћan li Malta ssir Wi-Fi State.

Dr. Zammit Lewis qal li huwa ћerqan li qed jaћdem mil-qrib mal-Malta Communications Authority kif ukoll li jaћdem b’sinerġija ma’ entitatijet oћra f’dan is-settur.  Dan ser jassigura t-twettieq tal-inizjattivi stabbiliti fil-Manifest Elettorali tal-Gvern Laburista sabiex tassew jiġi assigurat li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jgawdu servizzi ta’ kwalità bi prezzijiet raġonevoli. Din se twassal għal teknologija li tkun strumentali biex tiżdied il-kompettività ta’ Malta tikber l-ekonomija għall-ġid ta’ kulћadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow