IL-GVERN SE JĦARES LI S-SOCIAL WELFARE STANDARDS JOFFRI SERVIZZI TA’ KWALITÀ
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u d-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Dr. Franco Mercieca fil-Bugeia Insitute ntqal li l-gvern se jkun iffukat li joffri servizzi ta’ livell għoli lil dawk il-persuni vulnerabbli u li għandhom bżonn il-wens mill-istat.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li l-gvern se jkun qed iwaqqaf kumitat operazzjonali bejn l-aġenziji kollha (governattivi u dawk mhux governattivi) biex niżviluppaw u nsaħħu s-servizzi ġa mogħtija għaliex il-persuna li għandha bżonn l-għajnuna hija ċ-ċentru tal-ħidma tagħna.
Filwaqt li rrikonoxxiet il-funzjoni tas-Social Policy Information Centre (SPIC), il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali spjegat kif se tkun qed twessa’ l-iskop ta’ dan iċ-ċentru sabiex tingħata aktar informazzjoni u servizz aktar personalizzat.
Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Ministeru tagħha huwa mpenjat li joffri servizzi ta’ standards u għalhekk is-servizzi tal-gvern se jkunu mudell għall-organizazzjonijiet oħra.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca qal li l-ħidma tiegħu se tkun li jara kif is-servizzi bħall-home care, home help u meals on wheels jilħqu firxa iżjed wiesa’ ta’ nies filwaqt li niżguraw li dawn l-inizjattivi ikunu sostenibli.
Franco Mercieca spjega kif bħalissa hemm waiting list f’kull servizz offrut. It-tisħiħ ta’ dawn is-servizzi huwa essenzjali biex nilħqu il-mira tagħna biex inżommu iżjed anzjani fil-komunità.
Fid-dawl ta’ dan is-Segretarju Parlamentari saħaq li se ssir evalwazzjoni tas-servizzi offruti. Dawn is-servizzi għandhom ikunu għodda ta’ ġustizzja soċjali biex verament nilħqu l-għanijiet tagħna.
Mercieca qal li l-mira tal-gvern se tkun li noffru servizzi komprensivi sabiex naraw li kullħadd jibbenefika mill-ħidma soċjali.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en