IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX L-ONOR DOTT ANTON REFALO, JAGMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA FIL-KURJA TA’ GĦAWDEX
pr0539
03/04/2013
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor Dott Anton Refalo, akkumpanjat mill-familja tiegħu, illum għamel żjara ta’ kortesija fil-Kurja ta’ Għawdex fejn kien milqugħ mill-Kanċellier Mons Salv Debrincat. Matul din iż-żjara l-Ministru għal Għawdex iltaqa’ mal-E.T. Mons Isqof Mario Grech, bosta dinjitarji tal-Kleru u ħaddiema fi ħdan il-Kurja Veskovili t’Għawdex. Waqt din l-okkażjoni Mons Isqof ta l-awgurju tiegħu lill-Onor. Dott. Anton Refalo għall-ħatra tiegħu bħala Ministru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en