Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U T-TKABBIR EKONOMIKU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS F’LAQGĦA MAL-GENERAL WORKERS’ UNION

pr0533
Date Icon 03/04/2013

Fl-laqgћa li kellu mal-General Workers’ Union, is-Segretarju Parlamentari gћall-Kompettività u Tkabbir Ekonomiku, Dr. Edward Zammit Lewis semma illi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dan il-Gvern ser jinvolvi lill-partijiet interessati kollha inkluż il-General Workers’ Union u unjins oћra.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-prijorità ta’ dan il-Gvern ser tkun li jinћolqu aktar impjiegi u tiżdied il-kwalità tax- xogħol li jinћoloq.

Is-Segretarju Parlamentari innota li l-GWU kienet dejjem minn ta’ quddiem biex tiġbed l-attenzjoni għall-forom varji ta’ prekarjat fil-qasam tal-impjiegi f’Malta u Għawdex. Il-ġlieda kontra l- prekarjat ser tkun prijorità assoluta ta’ dan il-Gvern. Ser jiġi aċċertat illi f’kull xogћol li jingћata mill-Gvern id- dinjità tal-ћaddiem tiġi rrispettata.

L-Onerevoli Zammit Lewis jirringrazzja lill-GWU tal-proposti li hija gћamlet qabel l-elezzjoni ġenerali u li bosta minnhom sabu ruhom fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li issa l-Gvern kommess li jimplimenta  f’din il-leġiżlatura. Dawn huma miżuri biex titneħħa burokrazija żejda kif ukoll miżuri family friendly bћall-ћolqien ta’ gћadd ta’ child care centres biex b’hekk inkunu veru qegħdin ngћinu lin-nisa joћorgu fid-dinja tax-xogћol.

Dr. Zammit Lewis gћamilha ċara li hu se jkun qed jaħdem mill-qrib mal-GWU biex f’kull każ ma jintilfux impjiegi u fejn se jirriżultaw problemi, jaћdem id f’id mal-GWU u ma’ Unjins oћra biex jinstabu impjiegi alternattivi  għal dawn il-ћaddiema. 

“Kull tibdil jew riforma li ser issir mill-Gvern, il-ћaddiem u l-impjegat se jkun fiċ-ċentru tagћha biex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet tax- xogћol ta’ dawn il-ћaddiema ma jiġux mittiefsa” spjega s-Segretarju Parlamentari

Is-Segretaju Parlamentari rrefera gћall-proposta tal-istess GWU dwar kontabilità, effiċjenza u trasparenza fit-tmexxija tal-Gvern. Din hija prijorità assoluta ta’ dan il-Gvern u min ser ikun f’pożizzjoni ta` risponsabilità ser ikun dejjem accountable. B’hekk il-Gvern jibda minnu stess jagћti eżempju ħalli titkattar aktar fiduċja u mentalità ta’ risponsabilità fuq il-postijiet tax-xogћol.

Min-naħa tiegћu s-Segretarju Generali tal-GWU is-Sur Tony Zarb feraħ lil Dr. Zammit Lewis gћall-ћatra li ngћata u irringrazzjah tal-laqgћa tal-lum. “Il-GWU tħares ’il quddiem gћal snin twal ta’ ћidma fejjieda miegћek, b’risq il-membri tagħha u l-poplu Malti” kompla s-Sur Tony Zarb. Il-GWU preżentat kopja tal-proposti li l-unjin kienet resqet lill-Partiti Politiċi qabel l-Elezzjoni Ġenerali u li kienu nklużi fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow