Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JKUN QED JAĦDEM BIEX IQAJJEM IS-SUQ TAL-PROPJETA’ B’MOD SOSTENIBLI – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA

pr0529
Date Icon 03/04/2013

F’Laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni tal-iżvillupaturi Maltin, il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar Dr. Chris Cardona qal li l-gvern se jkun qed jaħdem biex iqajjem is-suq tal-propjeta’ b’mod sostenibli.

Matul il-laqgħa l-Ministru Cardona tkellem fuq il-proposti li hemm inkluża fil-programm tal-Gvern fosthom l-estenzjoni minn seba’ snin għal tnax –il sena fiż-żmien li matulu venditur ta’ propjeta jkun jista’ jagħzel jekk iħallas taxxa fuq il-qligħ jew it-taxxa fuq il-bejgħta’ 12%. It-tnaqqis propost fit-taxxa tal-boll għal dawk li se jkunu qed jixtru l-ewwel dar tagħhom. It-tneħħija tat-taxxa ta’ 5% fuq it-trasferiment ta’ l-ewwel propjeta’ residenzjali li titħalla b’wirt jew tingħata b’donazzjoni mill-ġenituri lill-ulied.

Il-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar l-inċentivi li dan il-Gvern qed jipproponi biex tiddaħħal Flat Rate (optional) ta’ 15% fuq id-dħul mill-kiri u ċnus ta’ propjetajiet residenzjali biex il-kiri ma jibqax taxxabli ħafna drabi bl-għola rata’ta’ 35%.

Tkellem ukoll dwar il-proposta li titneħħa s-sistema tal-perit tal-Gvern biex ma jibqax ikun hemm sitwazzjonijiet inġusti fejn xhur wara li tkun inxtrat il-propjeta’, ħafna qegħdin jispiċċaw f’pożizzjoni li jħallsu multi bla bżonn. Dr. Chris Cardona rrefera wkoll għal ħtieġa li jkun hemm titjieb fl-iskemi u programmi tal-High Net Worth Individuals u Permanent Resident Scheme, waqt li jkunu introdotta skemi oħrajn biex aktar individwi jitħajru jinvestu fi propjeta’ f’Malta u Għawdex. Dawn il-proposti qal il-Ministru Cardona se jkunu qed isiru wara konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha, inkluż l-Assoċjazzjoni tal-Iżvillupaturi Maltin.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Assocjazzjoni tal-iżvillupaturi Maltin il-Perit Michael Falzon qal li kien qed jilqa’ b’sodisfazzjon dawn il-proposti għaliex ħafna minnhom kienu tressqu mill-Assoċjazzjoni nnifisha. Il-Perit Falzon qal li l-Assoċjazzjoni disposta tgħin biex dawn il-proposti jitwettqu ħalli s-suq tal-propjeta jerga jieħu ruh. Intervjena wkoll il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżvillupaturi Maltin is-Sur Sandro Cetchuti li tkellem fuq il-firxa wiesgħa ta’ rappreżentanza li għandha l-assoċjazzjoni u kif qed tħares li tistieden lil dawk il-kuntratturi u operaturi kollha nvoluti fis-settur. Is-Sur Chetcuti tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Assoċjazzjoni fuq livell Ewropew u dwar l-importanza tas-Suq tal-Propjeta’ ghall-Ekonomija Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow