STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru jinnomina lil Dr Michael Frendo għall-Venice Commission
Il-Prim Ministru llum innomina lil Dr Michael Frendo biex iservi fi ħdan il-Venice Commission.
Il-Venice Commission hija istituzzjoni ta’ esperti indipendenti fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li jagħtu pariri dwar id-demokrazija u materji kostituzzjonali.
Il-membri huma persuni li jkollhom esperjenza f’dawn l-oqsma.
Il-Prim Ministru qal li jħoss li bl-esperjenza tiegħu bħala ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Frendo huwa f’pożizzjoni li jagħti kontribut importanti f’dan il-qasam.
Malta kienet sal-lum rappreżentata mill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici li talab lill-Prim Ministru biex ma jerġax jiġi appuntat minħabba raġunijiet ta’ età. Il-Prim Ministru rringrazzja lill-President Emeritus tas-servizz tiegħu.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en