Left arrow Go Back

KONFERENZA MILL-ONOR. HELENA DALLI, MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI, DWAR L-EMENDI FL-ATT TAŻ-ŻWIEĠ SABIEX JITNEĦĦEW OSTAKLI LEGALI GĦAL PERSUNI TRANSGENDER

pr0527
Date Icon 03/04/2013

Il-Gvern laħaq ftehim ma’ Ms. Joanne Cassar sabiex din twaqqa’ l-każ tagħha kontrih quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.  Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, ħabbret ukoll li ser tiġi ppreżentata fil-Parlament emenda fl-Att taż-Żwieġ (Kapitolu 225).

Dan se jkun qed iseħħ wara li fiż-żmien li ġej se jkun qed jiġi emendat Artikolu 8 ta’ dan l-Att sabiex persuni li qabel ma japplikaw għall-pubblikazzjoni tat-tnedijiet taż-żwieġ ikunu bidlu s-sess li twieldu bih (gender reassignment), ma jsibux diffikultajiet minn naħa tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jinħarġilhom iċ-ċertifikat tat-tnedijiet.

Dr Dalli qalet li dan il-ftehim intlaħaq wara numru ta’ laqgħat bejn il-Gvern, l-Avukat Ġenerali, u Ms. Cassar, li kienet rappreżentata mill-avukat tagħha Dr David Camilleri.  Il-Gvern laħaq ftehim ukoll ma’ Ms. Cassar dwar kumpens finanzjarju għall-ispejjeż li ġarrbet fil-kawża li fetħet.

Dan seħħ fl-isfond tal-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li Gvern ġdid ser ikun fuq quddiem nett biex jimplimenta u jilleġisla favur aktar drittijiet u libertajiet ċivili.  Dr Dalli żiedet tgħid li din l-emenda fl-Att taż-Żwieġ imissha ilha li daħlet fis-seħħ.  Hi qalet li jiddispjaċieha ħafna li Ms. Cassar kellha tgħaddi minn dak li għaddiet biex tiġġieled għad-dritt tagħha.

Il-Ministru Dalli qalet ukoll li matul din il-leġislatura l-Gvern se jkun qed iressaq abbozz ta’ liġi li tirregola l-identifikazzjoni tal-persuni trans-gender.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow